L-Oroskopju taż-żodijaku ta’ Sagittarius

Mill-Ħadd 15 ta’ Diċembru sas-Sibt 21 ta’ Diċembru

Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar

Iż-żodijaku ta’ Aquarius ser ikun ifisser li trid timxi b’aktar għaqal sabiex fil-ħajja ta’ madwarek iżżomm lilek innifsek iffokat ftit aktar mis-soltu sabiex minħabba din il-pożizzjoni ma tikkommettix ċertu żbalji li forsi jistgħu jkunu ta’ xi konsegwenzi imma tkattar dak li ġej u tissaħħaħ iżjede

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

Aquarius huma magħrufin bħala persuni ta’ komunikazzjoni pożittiva

Namaste

Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu

Iż-żodijaku ta’ New Pisces ser ikun ifisser mument ta’ ftit aktar tensjoni madwarek aktar mis-soltu. Issa minħabba dan int trid tagġraf tikkontrolla aktar kemm lilek innifsek kif ukoll is-sitwazzjonijiet li jistgħu jiżviluppaw madwarek. Sfortunatament ġej żmien ftit delikat però finalment se tkun rebbieħ.

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa tal-Ġimgħa

Pisces huma magħrufin għall-moral effettiv 

Namaste

Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April

Iż-żodijaku ta’ Aries ser ikun ifisser mument ta’ aktar konċentrazzjoni u għalhekk issa li taf dan kollu suppost tagħraf tikkontrolla lilek innifsek u dak li hemm madwarek sabiex dak li ġej taffaċjah b’kalma u trankwillità u b’hekk timmatura. 

L-aktar jum idealigħalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

Aries huma magħrufin għat-twebbis ta’ rashom

Namaste

Taurus mill-20ta’ April sal-20 ta’ Mejju

Iż-żodijaku ta’ Taurus ser ikun ifisser mument ta’ aktar paċenzja. Dan jaf ikun tajjeb sabiex timxi lejn aktar maturità u għaqal f’dak li ġej kemm fil-ħidma tiegħek u ferm aktar fir-relazzjoni li għandek. Agħraf ikkombina l-esperjenza sabiex finalment tirbaħ dak li tixtieq. 

L-aktar jum idealigħalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

Taurus huma magħrufin għall-immaġinazzjoni tagħhom

Namaste

Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju

Iż-żodijaku ta’ Gemini ser ikun ifisser muemnt li se jagħmlek ftit aktar aggressiv fl-ambizzjonijiet personali u anke ta’ madwarek. Dan jaf ikun sfida għalik u ser isarraf sabiex int turi aktar l-abbiltà tiegħek f’dak li tesprimi u twassal. Agħraf sew din il-fażi. 

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

Gemini huma magħrufin għall-motivazzjoni tagħhom

Namaste

Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju

Iż-żodijaku ta’ Cancer ser ikun ifisser mument ta’ aktar kontroll tiegħek innifsek fejn jekk is-soltu kont tkun ikkontrollata minn ċertu aspetti tal-ħajja, dan issa ser jinbidel kompletament u bħala Cancer se tagħraf tieħu kontroll aktar ta’ dak li hemm madwarek. Agħraf din l-isfida. 

L-aktar jum idealigħalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

Cancer huma magħrufin għad-direzzjoni pożittiva tagħhom

Namaste

Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu

Iż-żodijaku ta’ Leo ser ikun ifisser mument li jqawwilek iżjed l-abbiltà tiegħek sabiex b’hekk tagħraf tikkontrolla ħajtek u dak li hemm madwarek. Dan huwa perjodu li jista’ jkun li int terġa’ tirbaħ dak li tlift jew li ħadulek mill-karattru tiegħek. Kun imħejji aktar

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

Leo huma magħrufin bħala persuni ta’ fehma soda.

Namaste

Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru

Iż-żodijaku ta’ Virgo ser ikun ifisser mument li fih tagħraf timxi aktar b’pass mgħaġġel fejn jekk is-soltu kont iddum biex tieħu pożizzjoni jew deċiżjoni issa dan se tibda twettqu b’aktar ħeġġa u dan ifisser li r-ritmu tal-ħajja tiegħek ser jieħu direzzjoni ġdida. Agħraf żomm dan il-pass. 

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

Virgo huma magħrufin li jimxu mal-mument

Namaste

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru

Iż-żodijaku ta’ Libra ser ikun ifisser mument li trid tagħraf aktar il-bilanċ fil-ħajja madwarek. Għalkemm ser tkun mitluf f’ħafna proġetti xorta waħda għandek tagħraf il-bilanċ fil-madwar kollu tiegħek speċjalment fir-relazzjoni li għandek. Żomm bilanċ. 

Namaste

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa daktas-Sibt

Libra huma magħrufin għat-tmexxija intensiva tagħhom

Namaste

Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sat-21 ta’ Novembru

Iż-żodijaku ta’ Scorpio ser ikun mument inċert f’dak li trid twettaq. Dan ser joħloq ftit ta’ tensjoni fl-iskorpjuni imma trid tagħraf issarraf l-abbiltà magħrufa tiegħek biex b’hekk tkompli miexi b’determinazzjoni u tħares ’il quddiem f’dak li riesaq lejk. Emmen iżjed fik innifsek. 

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn 

Scorpio huma magħrufin għat-tfassil dettaljat

Namaste

Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru

Iż-żodijaku ta’ Sagittarius ser ikun mument ta’ riflessjoni aktar fl-imħabba li għandek minħabba li taf tidħol fil-passat tiegħek u toħloq xi problemi kemm lilek u anke lil ta’ madwarek. Għalhekk agħraf li l-passat huwa ktieb magħluq u b’hekk biss tista’ timxi ’l quddiem.

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis

Sagittarius huma magħrufin għas-sensittività tagħhom 

Namaste

Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar

Iż-żodijaku ta’ Capricorn ser ikun ifisser li huwa ż-żmien opportun li tagħraf taħtaf dan il-perjodu fantastika sabiex tkabbar il-madwar kollu tiegħek f’dak li int tixtieq. Dan jista’ jitwettaq għax l-enerġija pożittiva li bħalissa għandek madwarek jagħmilha possibbli tirċievi dak kollu li jista’ jagħmlek aħjar. 

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

Capricorn huma magħrufin għall-gwida li jafu joffru

Namaste

More in Oroskopju