L-oroskopju taż-żodijaku f’Sagittarius

Mill-Ħadd 8 ta’ Diċembru sas-Sibt 14 ta’ Diċembru 

Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar

Iż-żodijaku tal-qamar kwinta f’Aquarius ser jagħmlek tagħraf aktar dwar dak kollu li ġej f’dawn il-ġranet. Għalhekk issa li taf b’dan għandek tagħraf li kull sitwazzjoni tista taffaċċjaha. Irrifletti aktar sabiex tkun tista’ tieħu l-aħjar deċiżjoni. Agħraf dan.

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

Id-dati ideali għal din il-ġimgħa huma: 7, 9 ,12 u 13

Namaste

Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu

Iż-żodijaku tal-qamar kwinta f’Pisces se jagħmlek tagħraf aktar il-mod ta’ tkattir fir-responsabbilità u fl-abbiltà li għandek madwarek. Jista’ jkun li qabel din il-fażi int kont inqast ftit mir-responsabbilità. Għalhekk issa trid tidħol lura b’aktar ħeġġa sabiex twassal aktar il-messaġġ tiegħek.

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa tal-Ġimgħa

Id-dati ideali għal din il-ġimgħa huma: 9, 11, 13 u 14

Namaste

Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April

Iż-żodijaku tal-qamar kwinta f’Aries ser jagħmlek aktar sensittiv minħabba li dan mhux normali li tkun daqstant sensittiv. F’dan il-perjodu qed tħoss din is-sensittività ser tkun ir-raġuni li int tiġbed aktar simpatija pożittiva lejk. Agħraf dan.

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

Id-dati ideali għal din il-ġimgħa huma: 8, 10, 11 u 12

Namaste

Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju

Iż-żodijaku tal-qamar kwinta f’Taurus ser jagħtik impatt enerġetiku qawwi li jagħmlek tħoss aktar is-saħħa fik. Din l-enerġija se tagħtik iċ-ċans li wara ġurnata xogħol terġa’ tibda tagħmel xi forma ta’ eżerċizzju li tant hu bżonjuż għalik. Wettaq dan.

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis

Id-dati ideali għal din il-ġimgħa huma: 8, 9, 11 u 14

Namaste

Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju

Iż-żodijaku tal-qamar kwinta f’Gemini  ser joffrilek impatt ta’ kuraġġ u determinazzjoni ġewwa fik sabiex tikkumbatti dak il-mewġ li int qed tiffaċċja b’mod partikolari fil-karriera. Għalhekk dan għandu jqawwilek il-moral sabiex tagħraf aktar l-opportunitajiet li resqin lejk. Irrifletti.

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis

Id-dati ideali għal din il-ġimgħa huma: 7, 9, 13 u 14

Namaste

Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju

Iż-żodijaku tal-qamar kwinta f’Cancer ser jagħtik impatt f’dak li tixtieq twettaq għalhekk f’dawn il-ġranet l-impatt tiegħek ser ikun aktar b’saħħtu mis-soltu. Dan jaf ikun fattur importanti għalik sabiex tasal fejn ilek tant tixtieq. Għalhekk agħraf sew dan.

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

Id-dati ideali għal din il-ġimgħa huma: 7, 10, 12 u 13

Namaste

Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu

Iż-żodijaku tal-qamar kwinta f’Leo ser joffrilek aktar twemmin fik innifsek u dan għandu jkun ferm utli għalik sabiex f’din id-direzzjoni li ser taqbad minn issa ’l quddiem turi aktar il-ħila fil-kapaċità u fl-intellet. Dan ser iwasslek għal toroq ġodda. Irrifletti.

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

Id-dati ideali għal din il-ġimgħa huma: 9, 10, 12 u 14

Namaste

Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru

Iż-żodijaku tal-qamar kwinta f’Virgo se jurik f’dawn il-ġranet kif se tkun f’pożizzjoni li tikkonfronta bi qlubija lil dawk ta’ madwarek, u dak li qgħadt lura qabel milli tagħmel. Dak li se tħoss ġewwa fik se twasslu b’mod għaqli. Agħraf.

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

Id-dati ideali għal din il-ġimgħa huma: 8, 7, 9 u 14

Namaste

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru

Iż-żodijaku tal-qamar kwinta f’Libra ser iġiegħlek tagħraf sabiex tibda tħejji lilek innifsek aħjar għal ċerti deċiżjonijiet li trid twettaq biex minn issa ’l quddiem ma tibqax kif kont. M’għandekx bżonn it-tieni opinjoni. Trid tkun int li tieħu deċiżjoni u tagħmel dak li hu utli għalik.

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

Id-dati ideali għal din il-ġimgħa huma: 7, 9, 12 u 13

Namaste

Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sat-21 ta’ Novembru

Iż-żodijaku tal-qamar kwinta f’Scorpio ser tkun qed tiġi mħejji dwar xi deċiżjoniji li riesqa lejk fiż-żmien qarib. Din taf taffettwak fil-ħajja tal-lum. Agħraf sew sabiex tkompli tavvanza.

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

Id-dati ideali għal din il-ġimgħa huma: 9, 10, 12 U 14

Namaste

Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru

Iż-żodijaku tal-qamar kwinta f’Sagittarius ser jgħinek tkun aktar organizzat u jginek tippjana jew tħejji aktar lilek innifsek milli kont qabel. Issa trid iżżomm il-pass ma’ dak li hemm riesaq lejk u għalkemm ser ikun hemm effett ta’ tibdil, trid tibqa’ kawt u timxi jum b’jum. Agħraf sew dan.

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis

Id-dati ideali għal din il-ġimgħa huma: 7, 9, 13 u 14

Namaste

Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar

Iż-żodijaku tal-qamar kwinta f’ Capricorn ser ipoġġik f’qagħda li dak li rnexxielek tkattar fil-madwar tiegħek min issa jkompli jissaħħaħ u jiġġenera. Għalkemm ser ikun xi ftit ta’ tfixkil, mill-esperjenzi passati trid tagħraf iżżomm lilek innifsek iffokat sabiex dak li mhux sew jingħeleb. Agħraf

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

Id-dati ideali għal din il-ġimgħa huma: 7, 10, 12 u 13

Namaste

More in Oroskopju