L-oroskopju tal-Qamar Kwinta għal Libra

Mill-Ħadd 13 t’Ottubru sas-Sibt 19 t’Ottubru

Imwassal lilkom minn PaulJon www.pauljon13.com

Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar

Iż-żodijaku f’dan il-qamar kwinta għal Aquarius huwa fażi ta’ riflessjoni ta’ dak li għaddejt minnu f’dawn l-aħħar xhur. Riflessjoni ta’ għarbiel kemm minn dak li hu pożittiv u anke dak negattiv sabiex issa int għandek mera ċara ta’ dak li trid twettaq. Agħraf sew.  Namaste

Kuluri favoriti ma’ Aquarius huma dawn: kannella u abjad

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 13, 15, 17 u 19

L-istilla li se toffrilek sodisfazzjon ġejja minn Libra

Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali

 

Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu

 

Iż-żodijaku f’dan il-qamar kwinta għal Pisces huwa ċans tajjeb ħafna li takkwista dak li tixtieq bl-inqas tbatija. Din hi fażi fejn jekk tagħraf takkwista benefiċċju ferm pożittiv kemm fil-karriera tiegħek kif ukoll f’sitwazzjonijiet li jkattru l-madwar tiegħek, għalhekk irrifletti.

Namaste

Kuluri favoriti ma’ Pisces huma dawn: griż u isfar

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa tas-Sibt

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 14, 16,  17 u 18

L-istilla li se toffrilek sodisfazzjon ġejja minn Capricorn

Pisces huma magħrufin għat-twemmin fihom infushom

Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April

Iż-żodijaku f’dan il-qamar kwinta għal Aries huwa żmien ta’ aktar ħsieb ta’ kemm int kapaċi tikkontrolla lilek innifsek minn dak li hemm imħejji għalik. Int għandek bħal eżami ta’ kemm se tagħraf tikkontrolla lilek innifsek f’dak li hemm imħejji għalik.

Namaste

Kuluri favoriti ma’ Aries huma dawn: kannella u aħmar

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 15, 17, 18 u 19

L-istilla li se toffrilek sodisfazzjon ġejja minn Virgo

Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li jagħtu

Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju

Iż-żodijaku f’dan il-qamar kwinta għal Taurus huwa l-mument ta’ aktar konċentrazzjoni fuq dak li jikkonċerna lilek. Bħalissa trid tkun ikkonċentrat sabiex tagħraf taħtaf dak kollu li hu ta’ gwadann għalik sabiex tkun tista’ tavvanza f’ħajtek.

Namaste

Kuluri favoriti ma’ Taurus huma dawn: blu u oranġjo

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 14, 15, 17 u 18   

L-istilla li se toffrilek sodisfazzjon ġejja minn Sagittarius

Taurus huma magħrufin għall-istabbilità tagħhom

 

Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju

 

Iż-żodijaku f’dan il-qamar kwinta għal Gemini huwa mument ta’ sfida għal dak li hemm ġewwa fik. Issa trid tagħraf li x’attitudni li se jkollok biex tiffaċċja dawn il-ħmistax li ġejjin. Gemini jemmnu ħafna fihom infushom għalhekk żgur mhumiex sejrin iħallu lil min jipprova jfixkilhom. Agħraf.

Namaste

Kuluri favoriti ma’ Gemini huma dawn: oranġjo u kannella

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 13, 14, 16 u 19

L-istilla li se toffrilek sodisfazzjon ġejja minn Taurus

Gemini huma magħrufin għall-flessibilità tagħhom

Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju

Iż-żodijaku f’dan il-qamar kwinta għal Cancer huwa mument ta’ tħejjija għal dak li għandek ippjanat u għal proġetti li għandek imħejjija għall-karriera tiegħek sabiex b’hekk tkun tista’ twettaq aktar b’abbiltà  dak li int trid. Irrifletti sew.

Namaste

Kuluri favoriti ma’ Cancer huma dawn: abjad u oranġjo

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 14, 15, 17 u 18   

L-istilla li se toffrilek sodisfazzjon ġejja minn Pisces

Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom

Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu

Iż-żodijaku f’dan il-qamar kwinta għal Leo huwa fażi fejn għandu jkollok aktar stabbiltà madwarek. Din hi fażi importanti sabiex il-madwar kollu tiegħek jerġa’ jibda jieħu dik ix-xejra ta’ tkabbir u int terġa’ tibda tħares ’il quddiem b’aktar pożittività kif tant jixraqlek. Agħraf dan.

Namaste

Kuluri favoriti ma’ Leo huma dawn: isfar u lewn id-deheb

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 15, 16, 18 u 19

L-istilla li se toffrilek sodisfazzjon ġejja minn Scorpio

Leo huma magħrufin bħala persuni umli.

Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru

Iż-żodijaku f’dan il-qamar kwinta għal Virgo huwa mument fejn tirranġa sitwazzjonijiet li jistgħu jkunu qed jikkaġunaw intoppi f’dak li int qed tipprova takkwista f’ħajtek. Għalhekk agħraf il-bżonn u l-ħtieġa li xi żbalji li stajt wettaqt jibdew jiġu rranġati sabiex tkabbar lilek innifsek.

Namaste

Kuluri favoriti ma’ Virgo huma dawn: blu u roża

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 14, 16, 17 u 18

L-istilla li se toffrilek sodisfazzjon ġejja minn Gemini

Virgo huma magħrufin li jimxu jservu ta’ pont

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru

Iż-żodijaku f’dan il-qamar kwinta għal Libra huwa mument ta’ tkattir fil-karriera. Dan hu mument fejn il-kapaċità u l-ħila tiegħek għandha tikber sabiex fiż-żmien li ġej tkun kapaċi taddatta lilek innifsek b’aktar responsabbiltà għal dak li riesaq lejk. Agħraf sew.

Namaste

Kuluri favoriti ma’ Libra huma dawn: griż u isfar

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 13, 14, 17 u 19

L-istilla li se toffrilek sodisfazzjon ġejja minn Aries

Libra huma magħrufin bħala nies attivi ħafna

Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sat-21 ta’ Novembru

Iż-żodijaku f’dan il-qamar kwinta għal Scorpio huwa fażi ta’ tkattir ta’ fiduċja aktar fil-persuni ta’ madwarek fejn dan l-aħħar jista’ jkun li int bdejt titlef xi fiduċja f’dawk ta’ madwarek. Għalhekk din il-fażi ser terġa’ toffrilek l-opportunità sabiex int terġa’ tibni dik il-fiduċja bil-mod.

Namaste

Kuluri favoriti ma’ Scorpio huma dawn: iswed u vjola

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 14, 15, 17 u 18

L-istilla li se toffrilek sodisfazzjon ġejja minn Leo

Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom

Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru

Iż-żodijaku f’dan il-qamar kwinta għal Sagittarius huwa mument ta’ riflessjoni minn dak li int tista’ twassal aktar lil dawk ta’ madwarek. Dan billi tagħraf tkun aktar flessibbli u miftuħa minn dak li qed tkun bħalissa. Ir-riflessjoni għandha tkun sinifikanti, għalhekk agħraf irrifletti. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Sagittarius huma dawn: aħmar u oranġjo

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 13, 15, 17 u 19

L-istilla li se toffrilek sodisfazzjon ġejja minn Cancer

Sagittarius huma magħrufin għall-organizzazzjoni tagħhom

Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar

Iż-żodijaku f’dan il-qamar kwinta għal Capricorn hija fażi ta’ trankwillità. Issa huwa l-perjodu ideali għalik li ċertu tensjoni li kienet qed tiddomina l-ħajja ta’ madwarek trid tibda tbatti u hekk tibda tagħraf tkun kalm u kawt imma dejjem attent u moħħok miftuħ.

Namaste

Kuluri favoriti ma’ Capricorn huma dawn: aħmar u isfar

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 13, 14, 16 u 17     

L-istilla li se toffrilek sodisfazzjon ġejja minn Leo

Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom

 

Il-qamar kwinta tat-13 t’Ottubru

X'jagħmel speċjali dan il-Qamar Kwinta?

Dan huwa l-ewwel qamar kwinta tal-ħarifa u jibda fit-13 tax-xahar. Għalhekk dan jista’ jwassal għal enerġija aktar pożittiva.

Jekk fid-dar, il-post tax-xogħol jew xi uffiċċju hemm il-bżonn ta’ cleansing, dan huwa l-mument opportune. Jekk dawn il-postijiet jinħassu b’enerġija negattiva, huwa l-mument opportune sabiex tidħol enerġija pożittiva. Allura huwa l-mument li ssaħħaħ iżjed dak li hemm madwarek. Dan il-qamar kwinta se jagħti spinta lil ċertu żodijaki bħal Aquarius, Taurus, Virgo, Sagittarius u Gemini fl-akkwist tagħhom.

Imma dan il-qamar kwinta se jkun immoderat ma’ żodijaki bħal Pisces, Cancer, Leo, Libra u Scorpio dawn iridu jagħmlu aktar sforz.

Għal aktar tagħrif tista’ żżur is-sit tiegħi

www.pauljon13.com jew ibagħtu sms fuq 99013600 Namaste 

More in Oroskopju