Il-qamar kwinta ta’ Leo | L-oroskopju mill-Ħadd 18 sas-Sibt 24 t’Awwissu

X'ġimgħa qed tbassar għalik l-istilla?

Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar

Iż-żodijaku f’dan il-qamar kwinta għal  Aquarius hi fażi ta’ opportunità pożittiva immens f’kull sitwazzjoni li għal dawn il-ġimgħat se jkollok.  Dan biss jekk int temmen fik innifsek u jekk dan jirnexxi se tgħaddi għal tkabbir u stabbiltà li żgur ilek żmien ma tesperjenza. Agħraf dan.

Namaste

Kuluri favoriti ma’ Aquarius huma dawn: kannella u abjad

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 19, 20, 22 u 24

L-istilla ta’ għajnuna siewja għalik ġejja minn Gemini

Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali

Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu

Iż-żodijaku f’dan il-qamar kwinta għal  Pisces ifisser li trid toqgħod aktar attent minn dak li forsi s-soltu ma kontx tagħti daqshekk importanza. Trid tagħraf li int qiegħed f’perjodu ta’ bidla f’ħajtek għalhekk tajjeb tkun ftit aktar imħejji u tagħti ftit aktar attenzjoni. Agħraf dan il-mument jekk int trid it-tkabbir ta’ madwarek jirnexxi.

Namaste

Kuluri favoriti ma’ Pisces huma dawn: griż u isfar

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa tal-Ġimgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 18, 20, 22 u 23    

L-istilla ta’ għajnuna siewja għalik ġejja minn  Virgo

Pisces huma magħrufin għall-abbiltà u t-twemmin fihom infushom

Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April 

Iż-żodijaku f’dan il-qamar kwinta għal  Aries ser ikun ifisser li trid trattab aktar il-mod ta’ kif tieħu ċerti deċiżjonijiet kemm fil-karriera tiegħek kif ukoll madwarek. Għalhekk li int taf li jista’ jkollok aktar mument fejn trid tagħraf trażżan it-twebbis ta’ ras għall-aħjar tiegħek, issa kun ippreparat aktar u żgur li tħoss dik id-differenza. Irrifletti.

Namaste

Kuluri favoriti ma’ Aries huma dawn: kannella u aħmar

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 20, 21, 23, 24

L-istilla ta’ għajnuna siewja għalik ġejja minn Capricorn

 Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li jagħtu

Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju

Iż-żodijaku f’dan il-qamar kwinta għal  Taurus ser ikun mument ta’ taqbida sabiex tagħraf timxi b’moħħok sabiex tkun tista’ timxi fuq dak li taħseb bl-għaqal ta’ moħħok. Jekk jirnexxilek tagħmel dan se tasal f’aktar sitwazzjonijiet pożittivi milli kont. Ħajtek ser tieħu direzzjoni kompletament ġdida. Agħraf dan.  

Namaste

Kuluri favoriti ma’ Taurus huma dawn: blu u oranġjo

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 18, 20, 21 u 23

L-istilla ta’ għajnuna siewja għalik ġejja minn  Libra

Taurus huma magħrufin għall-istabbilità tagħhom

Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju

Iż-żodijaku f’dan il-qamar kwinta għal  Gemini ser ikun mument ta’  opportunitajiet ġodda li int issa trid turi aktar il-ħiliet veru tiegħek. Int trid tkun ferm iffokat sabiex tkompli tibrilla fil-qasam ta’ madwarek u issa f’dawn l-opportunitajiet sbieħ li resqin lejk, agħraf li tkun ta’ tweġiba għal min ħaseb li forsi m’intix lest.  

Namaste

Kuluri favoriti ma’ Gemini huma dawn: oranġjo u kannella

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 19, 21, 22 u 23    

L-istilla ta’ għajnuna siewja għalik ġejja minn Cancer

Gemini huma magħrufin għall-flessibilità tagħhom

Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju

Iż-żodijaku f’dan il-qamar kwinta għal  Cancer ser ifisser li ser tiċċaqlaq aktar lejn l-istabbilità ta’ dak li int tant qed tiffoka fuqu. Int se tkun iffokat fuq dak li għaddej madwarek aktar mis-soltu u dan jawgura tajjeb sabiex dak li tant tixtieq jibda jagħtik is-sodisfazzjon tant meħtieġ, però trid tagħraf li żżomm bilanċ ma’ tkomplija tal-ħajja ta’ madwarek.

Namaste

Kuluri favoriti ma’ Cancer huma dawn: abjad u oranġjo

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 18, 19, 23 u 24

L-istilla ta’ għajnuna siewja għalik ġejja minn Pisces

Cancer huma magħrufin għad-direzzjoni pożittiva tagħhom.

Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu

Iż-żodijaku f’dan il-qamar kwinta għal  Leo, ser jagħmlek tagħraf aktar l-abbiltà tiegħek fejn f’dan il-perjodu m’għandekx timxi fuq il-parir ta’ ħaddieħor. Li tisma’ parir dejjem huwa ta’ linja gwida imma asal s’hemm. Għalhekk dan il-mument huwa sabiex tiftakar aktar fl-abbiltà tiegħek li tirrifletti.

Namaste

Kuluri favoriti ma’ Leo huma dawn: isfar u lewn id-deheb

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 20, 21, 22 u 24

L-istilla ta’ għajnuna siewja għalik ġejja minn Scorpio 

Leo huma magħrufin bħala persuni umli

Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru

Iż-żodijaku f’dan il-qamar kwinta għal  Virgo ser ikun mument aktar stabbli minn dak li s-soltu jkun. Agħraf aħtaf din l-opportunità sabiex tagħraf timxi aħjar kemm fil-karriera tiegħek kif ukoll agħraf sib spazju għalik sabiex anke terġa’ tibda ssib ħin għall-eżerċizzju fiżiku.

Namaste

Kuluri favoriti ma’ Virgo huma dawn: blu u roża

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 18, 20, 21 u 23  

L-istilla ta’ għajnuna siewja għalik ġejja minn Aquarius

Virgo huma magħrufin li jservu ta’ pont

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru

Iż-żodijaku f’dan il-qamar kwinta għal  Libra se jkun il-waqt sabiex tagħraf aktar il-bżonnijiet personali tiegħek l-aktar dawk li jolqtu lilek direttament. Għalhekk agħraf dan sabiex iddur dawra madwarek. Agħraf fejn int tajjeb u fejn m'intix irranġa sabiex tkun aktar imħejji u organizzat. Irrifletti sew. 

Namaste

Kuluri favoriti ma’ Libra huma dawn: griż u isfar

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 19, 21, 22 u 24

L-istilla ta’ għajnuna siewja għalik ġejja minn Aries

Libra huma magħrufin bħala nies umli

Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sat-21 ta’ Novembru

Iż-żodijaku f’dan il-qamar kwinta għal  Scorpio ser iwassal sabiex tkun ferm iżjed attent sabiex tagħraf tiddeċiedi aħjar għal xi deċiżjonijiet viċin. Dan huwa perjodu delikat għalik. Din is-sitwazzjoni taf toħloq ċertu nervi ġo fik. Għalhekk agħraf żomm kawt kemm tista’ sabiex ma tagħmilx deċiżjonijiet żbaljati. Agħraf.  

Namaste

Kuluri favoriti ma’ Scorpio huma dawn: iswed u vjola

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 18, 20, 22 u 23   

L-istilla ta’ għajnuna siewja għalik ġejja minn Taurus

 Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom

Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru

Iż-żodijaku f’dan il-qamar kwinta għal  Sagittarius se jagħmlek tħossok xi ftit imfixkel bejn deċiżjoni li għandek tieħu f’dawn il-ħmistax li ġejjin. Dawn il-ħsibijiet jafu joħolqu fik ftit ta’ konfużjoni għalhekk int għandek biss tiffoka fuq dak li int għaddejja minnu fil-preżent. Irrifletti sew qabel kwalunkwe pass li int twettaq.

Namaste

Kuluri favoriti ma’ Sagittarius huma dawn: aħmar u oranġjo

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 19, 20, 21 u 24

L-istilla ta’ għajnuna siewja għalik ġejja minn Leo

Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom

Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar

Iż-żodijaku f’dan il-qamar kwinta għal  Capricorn se jwassal sabiex tinħoloq ftit tensjoni aktar mis-soltu madwarek. Dan l-aktar li ser jaffettwak huwa mal-kollegi. Issa jekk int tagħraf tilqa’ għal dan li ġej, dan ikun perjodu qasir imma jekk titkaxkar mal-kurrent dan jaf jikkawża perjodu ftit aktar mistenni. Agħraf dan u ilqa’ .

Namaste

Kuluri favoriti ma’ Capricorn huma dawn: aħmar u isfar

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 18, 19, 21 u 23  

L-istilla ta’ għajnuna siewja għalik ġejja minn Taurus

 Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà

More in Oroskopju