Settembru jiftaħ bi tliet festi

Iż-Żurrieq, Tas-Sliema u Għajnsielem jiċċelebraw...

Awwissu kważi għadda u mar. L-istaġun tal-festi riesaq lejn it-tmiem tiegħu. Fejn konnha drajna b'diversi festi li jiġu ċċelebrati kull nhar ta' Ħadd, issa l-festi jonqsu, anke jekk l-entużjażmu jibqa' qawwi.

Nhar il-Ħadd li ġej, l-ewwel jum u l-ewwel Ħadd ta' Settembru, se jiġu ċċelebrati tliet festi.

Iż-Żurrieq qed jiċċelebra l-festa ta' Santa Katarina Verġni u Martri, festa magħrufa għall-armar, il-briju u anke n-nar.

L-istaġun tal-festi f'Tas-Sliema, jagħlaq bil-festa ta' San Girgor il-Kbir, festa partikolari, b'purċissjoni unika.

F'Għawdex, il-Madonna ta' Loreto qed tiġi ċċelebrata fir-raħal sabiħ ta' Għajnsielem.

L-ILLUM tawgura l-festa t-tajba lir-residenti ta' dawn il-lokalitajiet.

More in Festi