Nico Darmanin, Anle Gou u Cliff Zammit Stevens jingħaqdu f’opera unika mas-soprana rinomata Elisa Balbo

It-Teatru Manoel se jtella’ opera ta’ tliet atti bl-isem ta’ “Armida”, bi produzzjoni tat-teatru stess akkumpanjata mill-kompożitur Taljan Giochino Rossini u b’libretto Taljan minn Giovanni Schmidt

It-Teatru Manoel se jtella’ opera ta’ tliet atti bl-isem ta’ “Armida”, bi produzzjoni tat-teatru stess akkumpanjata mill-kompożitur Taljan Giochino Rossini u b’libretto Taljan minn Giovanni Schmidt. 

“Armida” tinkludi s-soprana rinomata Elisa Balbo fl-irwol ewlieni flimkien mat-tenuri Nico Darmanin, Anle Gou u Cliff Zammit Stevens. Barra minn hekk, se jkun hemm preżenti wkoll KorMalta, l-Orkestra Filarmonika ta’ Malta u Moveo Dance Company li lkoll se jakkumpanjaw din il-produzzjoni.  

Il-kostumi huma ddisinjati minn Luke Azzopardi. Id-direttur tal-produzzjoni huwa Paul Carr, immexxija minn Davide Levi. 

Din se tkun l-ewwel darba li se tintwera l-opera f’Malta. L-opera se tirrakkonta l-istorja ta’ Sarracina Armida, li tuża s-setgħat tagħha biex issaħħar u tgħaqqad l-għedewwa tal-Kruċjati tagħha.  

Mal-kapolavur ta’ kompożizzjoni ta’ Rossini u l-libretto delikat u sabiħ ta’ Giovanni Schmidt, din il-produzzjoni qed twiegħdek li se tieħdok fuq vjaġġ maġiku ta’ mħabba u tradiment.  

B’linji vokali intrinsiċi u atti eċitanti, din l-opera hija xhud tal-vera ġenjalità ta’ Rossini. L-opera turi l-abbiltà tal-kompożitur li joħloq mużika li hija teknikament eżiġenti u anki emozzjonalment reżonanti, u tagħmel l-esperjenza waħda memorabbli għad-dilettanti tal-opera.  

L-opera “Armida” se tittella’ fit-Teatru Manoel fil-Belt Valletta. Il-prezzijiet tal-biljetti huma bejn it-€30 u s-€70. Jekk int dilettant tal-opera, ingħaqad magħna nhar it-3, is-6 u l-10 ta’ Marzu għal lejl ta’ mużika li tferraħ il-widna. Għal aktar informazzjoni żur is-sit https://teatrumanoel.mt

More in Divertiment