Il-festival mit-tfal għat-tfal: TRIKKI TRAKKI jerġa’ jirritorna

Dan il-festival huwa megħjun mill-Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Kunsill għall-Arti Malta li joffri opportunitajiet lill-istudenti

Il-festival tat-tfal TRIKKI TRAKKI reġa’ magħna!  

Dan il-festival organizzat minn Teatru Malta joffri opportunitajiet lill-istudenti sabiex jikkollaboraw ma’ diretturi u flimkien joħolqu prestazzjonijiet qosra bejn kwarta u għoxrin minuta, kemm bil-Malti u anke bl-Ingliż. 

Mgħammar mit-tfal għat-tfal, il-festival li issa daħal fis-sitt sena tiegħu, għandu l-għan li jipprovdi opportunitajiet lil dawn iċ-ċkejknin iħaddmu l-kreattività u t-talent tagħhom. 

Taħt id-direzzjoni u t-tagħlim tal-aqwa fl-industrija, it-tfal jieħdu biss togħma ta’ dak li hemm jistenniehom jekk jitħajru jidħlu fix-xena teatrali. 

Minn disinn tal-kostumi, u l-irtokk għal dwal, ħoss u direzzjoni, it-tfal jipprovaw minn kollox. 

Jekk imħajjar tiċċelebra teatru ta’ kuluri, mużika u t-talent ta’ dawn iċ-ċkejknin, żur is-sit www.showshappening.cm u aqta’ biljett. 

Il-festival TRIKKI TRAKKI se jsir fil-Masquerade Blue Box Theatre, Triq Oscar Zammit, L-Imsida, nhar is-16 u s-17 ta’ Marzu. 

Dan il-festival huwa megħjun mill-Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Kunsill għall-Arti Malta. 

More in Divertiment