Michela tinżel tajjeb mal-Ewropej ... Malta tgħaddi għall-finali

Il-kanzunetta tal-Eurovision baqgħet iżżomm postha fost il-kanzunetti favoriti ta' din is-sena

Michela, għaddiet  Ritratt meħud minn Thomas Hanses
Michela, għaddiet Ritratt meħud minn Thomas Hanses

Malta rnexxielha tikkwalifika għall-finali tal-Eurovision Song Contest ta' nhar is-Sibt li ġej.

Michela tat prestazzjoni tajba tal-kanzunetta Chameleon għalkem kien hemm opinjonjijiet differenti dwar il-korjografija u d-dawl..

Minn meta ħarġet, il-kanzunetta Chameleon intgħoġbot minn diversi segwaċi tal-Eurovision tant li hija l-aktar kanzunetta popolari fuq YouTube.

Mhux hekk biss, iżda saħansitra wara l-provi, Malta mhux talli żammet provi mal-aqwa għaxar diski skont il-book makers, talli telgħet 'il fuq biex tinsab fis-sitt post.

It-triq ma tieqafx hawn. Il-ħidma tkompli biex nhar is-Sibt li ġej Michela terġa toffri spettaklu mill-aqwa minn Tel Aviv għall-Ewropa kollha.

More in Divertiment