X'qed tgħid l-istilla tiegħek?

L-Oroskopju mill-Ħadd 12 ta’ Mejju sas-Sibt 18 ta’ Mejju

Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar

Iż-żodijaku  ta’ Taurus għalik bħala Aquarius, għal din il-ġimgħa ser jagħmlek tagħraf xi trid u x’inhu tajjeb għalik. Dan huwa perjodu pożittiv fil-karriera tiegħek fejn int trid tagħraf tkun aktar ikkonċentrat għax bid-dedikazzjoni li għandek lejn ħidmietek ser tiġbed aktar opportunitajiet u toroq ġodda. Ħejji lilek innifsek tajjeb. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Aquarius huma dawn: isfar u blu

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 13, 14, 17 u 18

L-istilla bi gwida u għajnuna fil-karriera tiegħek ġejja minn Scorpio

Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna

Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu

Iż-żodijaku  ta’ Taurus għalik bħala  Pisces ser ikun mument ta’ riflessjoni għax mhux il-mument ideali għalik li tieħu deċiżjoni. Tgħaġġilx għax il-karriera tiegħek ħa tkompli tagħtik is-sodisfazzjon li tixtieq. Għalkemm xejn mhu se jaqa’ mis-sema, trid tibqa’ tissielet għas-suċċess, dan meta resqin opportunitajiet ta’ sfida lejk. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Pisces huma dawn: oranġjo u isfar

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa tal-Erbgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 12, 14, 15 u 17

L-istilla bi gwida u għajnuna fil-karriera tiegħek ġejja minn Cancer

Pisces huma magħrufin għall-abbiltà u t-twemmin fihom infushom

Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April 

Iż-żodijaku  ta’ Taurus għalik bħala  Aries għal din il-ġimgħa huwa mument li trid issib bilanċ tajjeb fih bejn l-imħabba u x-xogħol tiegħek. Jekk tkun aktar imxaqleb lejn il-karriera tiegħek ser ikun hemm żviluppi ta’ kunflitt mas-sieħeb tiegħek għalhekk ħejji pjan ta’ bilanċ sabiex filwaqt li l-karriera tiegħek ittejjibha, issaħħaħ ukoll l-imħabba.

Namaste

Kuluri favoriti ma’ Aries huma dawn: kannella u aħmar

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 12, 15, 17 u 18

L-istilla bi gwida u għajnuna fil-karriera tiegħek ġejja minn Capricorn

 Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li jagħtu.  

Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju

Iż-żodijaku  ta’ Taurus għalik bħala  Taurus għal din il-ġimgħa ser ilaqqgħek ma’ persuna mill-passat u se terġa’ ġġiblek ċertu memorji li intom kellkom. Jekk il-passat għalaqtu terġax tmur għalih speċjalment meta taf minn xiex għaddejt. Dan l-episodju ser ipoġġik f’mument ta’ ħsibijiet. Agħraf eżattament x’inhuwa serħan il-moħħ għalik.  

Namaste

Kuluri favoriti ma’ Taurus huma dawn: blu u oranġjo

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 14, 15, 17 u 18   

L-istilla bi gwida u għajnuna fil-karriera tiegħek ġejja minn Aquarius

 Taurus huma magħrufin għall-istabbilità tagħhom

Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju

Iż-żodijaku  ta’ Taurus għalik bħala  Gemini għal din il-ġimgħa hu mument ta’ riflessjoni kkumplikat dwar il-pass li trid twettaq fejn minħabba li huwa maqbud bejn il-passat u l-futur trid tanalizza sew kwalunkwe pass però trid tagħraf u tkun kapaċi tmexxi lilek innifsek. Agħraf biss li tkun imħejji bi pjan preċiż sabiex jintlaħaq dak kollu li riesaq lejk.

Namaste

Kuluri favoriti ma’ Gemini huma dawn: isfar u oranġjo

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 13, 14, 16 u 17

L-istilla bi gwida u għajnuna fil-karriera tiegħek ġejja minn Libra

Gemini huma magħrufin għall-flessibilità tagħhom

Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju

Iż-żodijaku  ta’ Taurus għalik bħala  Cancer għal din il-ġimgħa huwa mument ta’ ħsieb dwar ċaqliq ġdid madwarek. Trid tagħraf eżattament xi trid. Bħalissa qisek tixtieq tkun aktar iffokat u stabbli fil-karrierasa biex minn hemm tkun tista’ tippjana dak li hemm idur għall-futur tal-ġejjieni. Agħraf u żgur li tirnexxi tasal fejn vera trid int.

Namaste

Kuluri favoriti ma’ Cancer huma dawn: isfar u blu

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 12, 13, 15 u 17  

L-istilla bi gwida u għajnuna fil-karriera tiegħek ġejja minn Sagitarius

 Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom.

Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu

Iż-żodijaku  ta’ Taurus għalik bħala Leo għal din il-ġimgħa huwa ta’ riflessjoni sabiex int ma tkunx tant rasek iebsa dwar dak li għaddej fir-relazzjoni tiegħek. Agħraf ħalli tkun tista’ tirrealizza mill-pressjoni li qiegħda tinħoloq. Mhux ġust li tintilef xi ħaġa li ilek tbati tant għaliha. Irrifletti sew u imxi biss ma’ dak li int tħoss ġewwa fik.

Namaste

Kuluri favoriti ma’ Leo huma dawn: oranġjo u lewn id-deheb

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 12, 14, 16 u 18

L-istilla bi gwida u għajnuna fil-karriera tiegħek ġejja minn Taurus

Leo huma magħrufin bħala persuni umli

Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru

Iż-żodijaku  ta’ Taurus għalik bħala  Virgo għal din il-ġimgħa huwa mument li int trid tagħraf aktar ir-responsabbilità li dħalt għaliha. Issa li din tinsab madwarek agħri dak li tista’ ħalli tkompli miexi ’l quddiem. Issa trid tagħraf taħtaf  kull opportunità li tiġi però trid tagħraf eżatt dak li joffrulek sabiex tkun lest għal li ġej.  Namaste

Kuluri favoriti ma’ Virgo huma dawn: isfar u kannella

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 12, 15, 16 u 17  

L-istilla bi gwida u għajnuna fil-karriera tiegħek ġejja minn Aries

Virgo huma magħrufin li jservu ta’ pont.

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru

Iż-żodijaku  ta’ Taurus għalik bħala  Libra għal din il-ġimgħa ser ikun muemnt jekk ma tiħux l-opportunità li riesqa lejk taf tkun ta’ żvantaġġ għall-quddiem. Għalhekk agħraf sew dwar dan il-pass. Żomm saqajk mal-art u imxi bil-għaqal ħalli tagħraf tieħu l-aħjar deċiżjoni. Jekk hemm bżonn tieħu ftit żmien, ħudu.

Namaste

Kuluri favoriti ma’ Libra huma dawn: blu u abjad

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 12, 13, 15 u 16

L-istilla bi gwida u għajnuna fil-karriera tiegħek ġejja minn Pisces

Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna.

Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sat-21 ta’ Novembru

Iż-żodijaku  ta’ Taurus għalik bħala  Scorpio għal din il-ġimgħa huwa mument ta’ riflessjoni profonda ta’ dak li int esperjenzajt dawn l-aħħar ġranet. Int trid tagħraf aktar fejn trid tkompli għaddejja jekk mhux f’dak li esperjenzajt jew inkella timtela bil-kuraġġ u b’determinazzjoni u tkompli tħares ’il quddiem. Agħraf sew f’dan il-ħsieb. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Scorpio huma dawn: aħmar u vjola

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 13, 14, 16 u 18

L-istilla bi gwida u għajnuna fil-karriera tiegħek ġejja minn Gemini

 Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom

Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru

Iż-żodijaku  ta’ Taurus għalik bħala  Sagittarius għal din il-ġimgħa huwa mument sabiex tagħraf issib l-aħjar soluzzjoni dwar lil min għandek tafda. Ovjament mhux ħa tfaqqa’ subgħajk u dan jiġri però jekk tista’ tagħraf b’mod iktar flessibbli jkun tajjeb għalik sakemm int terġa’ tibda tirranka u żgur f’dawn il-ġimgħat ser issib dak li tixtieq int.  Namaste

Kuluri favoriti ma’ Sagittarius huma dawn: roża u isfar

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 12, 13, 15 u 17

L-istilla bi gwida u għajnuna fil-karriera tiegħek ġejja minn Virgo

Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom

Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar

Iż-żodijaku  ta’ Taurus għalik bħala  Capricorn għal din il-ġimgħa ser jagħmlek tagħraf li l-ebda deċiżjoni  bħalissa mhi tajba li tittieħed. Rigward il-pożizzjoni preżenti li qed iddur madwarek. Għalkemm tħoss ċertu pressjoni fuqek, però ħu ftit aktar taż-żmien ħalli b’hekk tkun aktar b’saħħtek u b’enerġija iżjed pożittiva fejn din hi fundamentali għalik. Agħraf. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Capricorn huma dawn: aħmar u vjola

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 13, 15, 16 u 18

L-istilla bi gwida u għajnuna fil-karriera tiegħek ġejja minn Leo

Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom

More in Divertiment