Ħames Minuti Intervisti Divertiment Teatru Arti

X'qed tgħid l-istilla tiegħek?

L-oroskopju mill-Ħadd 17 ta’ Marzu sas-Sibt 23 ta’ Marzu

Paul Jon / 18 ta' Marzu 2019 17:26
Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar

L-istaġun il-ġdid tar-rebbiegħa, għal Aquarius ser jagħtik spinta fl-imħabba fejn is-sitwazzjoni trid tkun waħda aktar ċara minn dik li sa issa kienet. Waqt il-ħajja tax-xogħol tiegħek hemm imħejjija bidla. Bidla li jista’ jkun li tfisser aktar responsabbilità. Dan għalik huwa staġun ta’ soluzzjonijiet. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Aquarius huma dawn: oranġjo u abjad

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 17, 19, 21 u 22

L-istilla li għandek tevita fil-ħajja tiegħek ġejja minn Capricorn

Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna

 

Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu

L-istaġun il-ġdid tar-rebbiegħa, għal Pisces ser ikun ifisser aktar impenn fil-karriera u aktar attenzjoni dwar saħħtek. Waqt li fil-karriera int ħa tkompli tavvanza, trid tagħraf timxi imma ma tridx tafda wisq. Dwar saħħtek wasal iż-żmien għal dieta bilanċjata u xi ftit aktar eżerċizzju. Dan għalik huwa staġun ta’ aktar osservazzjoni. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Pisces huma dawn: blu u isfar

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa tat-Tnejn

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 18, 20, 21 u 23

L-istilla li għandek tevita fil-ħajja tiegħek ġejja minn Virgo

Pisces huma magħrufin għall-abbiltà u t-twemmin fihom infushom

 

Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April 

L-istaġun il-ġdid tar-rebbiegħa, għal Aries ser ikun ifisser pjanijiet u titjieb tal-finanzi. Dwar il-kunċett ta’ pjanijiet dawn ser jinqasmu fuq forma ta’ skeda l int tkun kapaċi tmexxi u tikkontrolla, inkella jaf ikollok falliment totali. Mill-att finanzjarju ser ikollok titjib jekk tagħraf taħdem bil-għaqal. Dan hu l-istaġun tal-ippjanar għalik. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Aries huma dawn: abjad u griż

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 17, 18, 20 u 22

L-istilla li għandek tevita fil-ħajja tiegħek ġejja minn  Scorpio

 Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li jagħtu.  

 

Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju

L-istaġun il-ġdid tar-rebbiegħa, għal Taurus ser ikun ifisser tibdil u titjib. Diversi tibdil fil-ħajja ta’ madwarek mill-istil tal-ilbies u anke fil-mod ta’ kif taħseb dwar ċerti sitwazzjonijiet. Ħa tara wkoll jekk ittejjibx xi problemi li għadhom ikaxkru miegħek. Għalhekk għalik dan huwa l-istaġun ta’ aktar serħan. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Taurus huma dawn: kannella u isfar

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 18, 20, 22 u 23

L-istilla li għandek tevita fil-ħajja tiegħek ġejja minn Leo

 Taurus huma magħrufin għall-istabbilità tagħhom

 

Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju

L-istaġun il-ġdid tar-rebbiegħa, għal Gemini ser ikun ifisser impenn u tkabbir. Għalik aktar impenn f’dak li ġej fejn ser tkun attiv immens f’dak li tagħmel. Mill-banda l-oħra t-tkabbir fil-karriera li tħaddan ħa jieħu xejra totalment differenti, b’opportunitajiet ġodda għal ħajtek. Dan għalik huwa l-istaġun tad-direzzjonijiet.  Namaste

Kuluri favoriti ma’ Gemini huma dawn: isfar u oranġjo

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 18, 19, 21 u 23

L-istilla li għandek tevita fil-ħajja tiegħek ġejja minn Pisces

Gemini huma magħrufin għall-flessibilità tagħhom

 

Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju

L-istaġun il-ġdid tar-rebbiegħa, għal Cancer ser ikun ifisser ħsibijiet u tibdil hekk li int ħa tirrifletti dwar l-imħabba ta’ madwarek u kif tista’ ttejjeb dan. It-tibdil jista’ jarak tiċċaqlaq minn dar għal dar, fejn int tkun aktar komda u inqas pressata. Għalhekk dan l-istaġun ser jgħinek tkun aktar stabbli. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Cancer huma dawn: isfar u blu

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik:  17, 19, 22 u 23

L-istilla li għandek tevita fil-ħajja tiegħek ġejja minn Sagittarius

 Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom.

 

 

Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu

L-istaġun il-ġdid tar-rebbiegħa, għal Leo ser ikun ifisser stabbiltà u saħħa. Aktar stabbiltà fit-tkabbir tal-karriera tiegħek fejn riesaq iż-żmien tal-opportunitajiet għalik. Fir-rigward tas-saħħa, minn issa trid tara kif se ssib ħin għar-rilassament u għall-eżerċizzju. Għalhekk dan l-istaġun ser ikun ta’ riflessjoni. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Leo huma dawn: oranġjo u lewn id-deheb

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 18, 20, 22 u 23

L-istilla li għandek tevita fil-ħajja tiegħek ġejja minn Aries

 Leo huma magħrufin bħala persuni umli

 

Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru

L-istaġun il-ġdid tar-rebbiegħa, għal Virgo ser ikun ifisser responsabbilità u aktar impenn. Int ser tagħraf tkun responsabbli minn dak li tagħeml imma l-aktar fuq dak li ġej fejn ħa turi kemm int vera responsabbli u se tkattar aktar l-impenn tiegħek milli wettaqt s’issa. Għalhekk dan huwa staġun ta’ tħejjija profonda. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Virgo huma dawn: griż u kannella

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 17, 18, 21 u 22

L-istilla l-aktar li ser tħoss ta’ kumpanija ġejja minn Sagittarius

Virgo huma magħrufin li jservu ta’ pont.

 

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru

L-istaġun il-ġdid tar-rebbiegħa, għal Libra ser ikun ifisser impenn fil-karriera u aktar bilanċ. Għalhekk ser tara spinta kemm biex ittejjeb il-karriera tiegħek u kemm sabiex twessa’ aktar dak li għandek fil-karriera u minħabba dan int issa trid tagħraf iżżomm aktar il-bilanċ. Għalhekk dan huwa l-istaġun ta’ maturità. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Libra huma dawn: aħdar u abjad

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 17, 19, 22 u 23

L-istilla li għandek tevita fil-ħajja tiegħek ġejja minn Taurus

Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna.

 

Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sat-21 ta’ Novembru

L-istaġun il-ġdid tar-rebbiegħa, għal Scorpio ser ikun ifisser impenn ta’ preparazzjoni u aktar għaqda. Issa ħa tara spinta ta’ aktar tħejjija u preparazzjoni f’dak li għandek riesaq lejk sabiex hekk tkun tista’ ttejjeb dan u ser ikun żmien ta’ iżjed għaqda. Għalkemm agħraf sew dan. Għalhekk dan huwa staġun ta’ aktar ħsieb pożittiv. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Scorpio huma dawn: isfar u vjola

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 19, 20, 21 u 22

L-istilla li għandek tevita fil-ħajja tiegħek ġejja minn Libra

Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom

 

Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru

L-istaġun il-ġdid tar-rebbiegħa, għal Sagittarius ser ikun ifisser impenn fl-imħabba u fil-ħsieb. Fl-imħabba fejn għalkemm dan l-aħħar għaddejt minn xi sitwazzjoni iebsa, il-perjodu ta’ tensjoni ser ibatti però dan ser jagħmlek taħseb aktar dwar kif se tħares ’il quddiem. Għalhekk dan huwa staġun ta’ ħsieb profond. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Sagittarius huma dawn: blu u isfar

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 17, 19, 21 u 22

L-istilla li għandek tevita fil-ħajja tiegħek ġejja minn Gemini

Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom

 

Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar

L-istaġun il-ġdid tar-rebbiegħa, għal Capricorn ser ikun ifisser aktar impenn dwarek. Dan ser jagħtik ċans ta’ dawra sħiħa madwarek kemm  mill-att kif tibda tippreċenta ruħek ma’ ta’ madwarek, kemm ix-xogħol mal-kollegi u anke f’sitwazzjonijiet resqin lejk li jafu jkunu ta’ aktar impenn. Għalhekk dan huwa l-istaġun ta’ bidla kompluta. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Capricorn huma dawn: aħmar u isfar

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 17, 18, 22 u 23 

L-istilla li għandek tevita fil-ħajja tiegħek ġejja minn Aquarius

Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom

 

Stħarriġ
Segwina fuq Facebook