Ħames Minuti Intervisti Divertiment Teatru Arti

“Xewqti” – Kanzunetta Ġdida mingħand Janice Mangion

Iddiżappuntata mmens li ngħixu f’soċjeta fejn minn wara skrin tal-kompjuter, fuq is-siti soċjali, ngħidu dak kollu li jiġi f’moħħna bla ma naħsbu jekk hux ħa nweġġgħu lil ħaddieħor 

Albert Gauci Cunningham / 1 ta' Marzu 2019 18:09
Janice Mangion
Sena wara s-suċċess tal-kanzunetta Warda, li fi ftit sigħat laħqet il-quċċata talklassifika lokali fil-ħanut digitali iTunes apparti li ngħatat promozzjoni fuq diversi stazzjonijiet tar-radju lokali kif ukoll internazzjonali, Janice Mangion tniedi kanzunetta ġdida, Xewqti. 

Bi kliem ta’ Emil Calleja Bayliss u mużika ta’ Cyprian Cassar, tim responsabbli mill-aħħar kanzunetta li rrapreżentat ‘l Malta fil-Junior Eurovision Song Contest, il-kanzunetta Xewqti għandha messaġġ soċjali bil-għan li titqajjem kuxjenza kontra l-użu tal-internet għal skopijiet ħżiena, speċjalment dawk tal-ibbuljar. 

“Ħassejt li għandi naħdem fuq din il-kanzunetta għaliex ninsab iddiżappuntata mmens li ngħixu f’soċjeta fejn minn wara skrin tal-kompjuter, fuq is-siti soċjali, ngħidu dak kollu li jiġi f’moħħna bla ma naħsbu jekk hux ħa nweġġgħu lil ħaddieħor ...” tgħid Janice Mangion dwar il-kanzunetta b’ċertezza liema bħalha f’leħinha.  

Matul dawn l-aħħar 12-il xahar, Janice żammet lilha nnifisha okkupata b’diversi prestazzjonijiet inkluż; fil-festival Discovery Fest fejn ġiet mogħtija t-titlu tal-aħjar vuċi wara prestazzjonijiet tal-kanzunetti Listen kif ukoll Warda li kienu deskritti minn dawk preżenti bħala eċċellenti; filwaqt li pparteċipat fil-proġett annwali Ħelu Bambin b’risq id-Dar tal-Providenza bil-kanzunetta Twieled il-Messija u żewġ proġetti fid-dinja tal-moda b’kollaborazzjoni mad-disinjaturi Gaetano u Maria Cutajar. 

Megħjuna bil-viżwal maħluq mill-produttur Matthew Muscat-Drago, ilkanzunetta Xewqti intweriet għall-ewwel darba fuq it-televixin fid-28 ta’ Frar, wara li għamlet id-debutt tagħha fuq ir-radjijiet lura fil-15 ta’ Frar. Dan kien possibli grazzi għall-Ironic PR & Artist Management kif ukoll CAP-Sounds li segwew l-andament kollu għall-professjonalita assoluta. 

Fil-ġranet u l-ġimgħat li ġejjin, Janice ħa tippromovi l-kanzunetta tagħha fuq ilmezzi tax-xandir kollha, hekk kif l-interess ikompli jiżdied. Għal aktar informazzjoni dwar Janice Mangion kif ukoll Xewqti, idħlu fis-siti soċjali fuq Facebook, Twitter, u Instagram u ssibu minjiera ta’ informazzjoni. 

Isma’ u Ixtri l-kanzunetta hawn:https://fanlink.to/Xewqti 

Araw l-vidjo mużikali (disponibbli fl-1 ta’ Marzu): https://youtu.be/qKbiqHS5RX8

Albert Gauci Cunningham, 36 sena, ġie appuntat Editur tal-gazzetta Illum u tas-sit illum.com.mt f'Ġunju tal-2015. Gauci Cunningham kien ġurnalista mal-Union Print. Gauci Cunningham jispeċjalizza l-aktar fi stejjer analitiċi-politiċi u anke soċjali li l-gazzetta ILLUM issa saret iktar popolari għalihom, kif ukoll fi stejjer relatati ma' politika nazzjonali u internazzjonali. Gauci Cunningham irraporta minn diversi Istituzzjonijiet Ewropej. Għall-qalb Gauci Cunningham hemm kwistjonijiet soċjali, fosthom il-faqar, il-kirjiet u l-ġustizzja soċjali.
Stħarriġ
Segwina fuq Facebook