X'qed tgħid l-istilla tiegħek?

L-Oroskopju fiż-żodijaku ta’ Sagittarius mill-Ħadd 9 ta’ Diċembru sas-Sibt 15 ta’ Diċembru

Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar

Iż-żodijaku ta’ Sagittarius għal Aquarius se joffrilek suġġeriment li se jġiegħlek taħseb li wasal iż-żmien ta’ tibdil madwarek. Ipprova Twebbisx rasek għax din il-bidla hija bżonjuża kemm għal dak li hemm ġej għalik fil-ġimgħat li ġejjin u kemm biex int tagħraf aktar lilek innifsek. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Aquarius huma dawn: oranġjo u isfar

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 9, 11, 12 u 14

L-istilla l-aktar ideali għalik din il-ġimgħa ġejja minn Aries

Aquarius huma magħrufin bħala persuni ta’ komunikazzjoni pożittiva.

Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu

Iż-żodijaku ta’ Sagittarius għal Pisces se jagħmlek tħossok persuna aktar matura u ddixxiplinata. Din l-esperjenza se tagħtik nifs ġdid, hi wkoll fażi fejn se tiltaqa’ ma’ persuni ġodda u tagħmel pjanijiet ġodda. Trid tagħraf tkun imħejji sew għal dak li jista’ jkun propost lilek. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Pisces huma dawn: blu u isfar

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 10, 12, 14 u 15

L-istilla l-aktar ideali għalik din il-ġimgħa ġejja minn Libra

 Pisces huma magħrufin għall-moral effettiv tagħhom.

Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April 

Iż-żodijaku ta’ Sagittarius għal Aries bħalissa qiegħed iwassallek ħsibijiet ta’ tpattija imma l-parir hu li kemm tista’ pprova żomm il-kalma tieħu l-ebda azzjoni. Prova tgħallem minn din l-esperjenza ħalli ma terġax tirrepeti ruħha. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Aries huma dawn: abjad u kannella

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 10, 11, 12 u 14

L-istilla l-aktar ideali għalik din il-ġimgħa ġejja minn Capricorn

Aries huma magħrufin għat-twebbis ta’ rashom

Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju

Iż-żodijaku ta’ Sagittarius għal Taurus huwa mument li qed tħoss il-pożizzjoni finanzjarja tiegħek sejra lura u dan qed joħloq ċertu pressjoni madwarek imma jekk tagħraf biex minn issa tagħmel forma ta’ pjan ġdid sabiex tibda tqassam il-finanzi tiegħek aħjar, dan ikun ta’ gwadann għal ġejjini aħjar. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Taurus huma dawn: oranġjo u isfar

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 11, 12, 13 u 15

L-istilla l-aktar ideali għalik din il-ġimgħa ġejja minn Virgo

 Taurus huma magħrufin għall-istabbilità tagħhom

Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju

Iż-żodijaku ta’ Sagittarius għal Gemini bħalissa qed ikun mument stressanti minħabba l-proġetti għaddejjin. Huwa importanti li toħroġ bil-qarra kollha tiegħek għalkemm uħub minn ta’ madwarek mhumiex jaraw li ħa jirnexxielek f’dan il-pass kbir li int se tagħmel imma ibqa’ żgur li se tħalli lil kulħadd sorpriż. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Gemini huma dawn: isfar u oranġjo

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 9, 12, 13 u 14

L-istilla li f’dan il-mument hi ta’ ispirazzjoni għalik ġejja minn Sagittarius

Gemini huma magħrufin għall-motivazzjoni tagħhom.

Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju

Iż-żodijaku ta’ Sagittarius għal Cancer ser jagħmlek iddur  madwarek sabie tagħraf f’liema direzzjoni għandek timxi. Dan ħa tkun tafu aktar fil-ġranet li ġejjin. Kun kawt u osserva dejjem ħalli tkun tista’ tanalizza dak kollu  li jkun għaddej u minn hemm tieħu dik id-direzzjoni ġusta għalik. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Cancer huma dawn: isfar u blu

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik:  9, 13, 14 u 15

L-istilla l-aktar ideali għalik din il-ġimgħa ġejja minn Aquarius

Cancer huma magħrufin għad-direzzjoni pożittiva tagħhom

Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu

Iż-żodijaku ta’ Sagitarrius għal Leo se jagħmlek tanalizza li kollox għandu ż-żmien tiegħu imma din tkun fażi fejn int se toħroġ minnha basta tagħraf timxi b’moħħok għalkemm int tħobb timxi waħdek jista’ jkun li wasal iż-żmien li forma ta’ parir ikun ta’ gwida utli għalik. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Leo huma dawn: aħmar u oranġjo

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 10, 11, 12 u 13

L-istilla l-aktar ideali għalik din il-ġimgħa ġejja minn Taurus Leo huma magħrufin bħala persuni ta’ fehma soda

Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru

Iż-żodijaku ta’ Sagittarius għal Virgo ser ikun ifisser impenn ta’ responsabbilità madwarek hekk int se tagħraf turi kemm int kapaċi issa terfa’ aktar responsabbilità min-naħa l-oħra int trid ittejjeb ukoll imħabbtek għalhekk agħraf oħroġ ftit mill-qoxra tal-passat. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Virgo huma dawn:  oranġjo u isfar

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 11, 12, 14 u 15

L-istilla l-aktar ideali għalik din il-ġimgħa ġejja minn Scorpio

Virgo huma magħrufin li jimxu mal-mument.

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru

Iż-żodijaku ta’ Sagittarius għal Libra ser ikun ifisser aktar impenn fil-karriera. Se tagħti spinta kemm biex ittejjeb dak li għaddej madwarek u kemm sabiex twessa’ aktar dak li għandek. Iżda trid tagħraf tagħmel dan bil-għaqal u trankwilla sabiex tissaħħaħ aktar. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Libra huma dawn: isfar u oranġo

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 9, 11, 13 u 14

L-istilla l-aktar ideali għalik din il-ġimgħa ġejja minn Leo

Libra huma magħrufin għat-tmexxija intensiva tagħhom

Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sat-21 ta’ Novembru

Iż-żodijaku ta’ Sagittarius għal Scorpio ser ikun ifisser aktar impenn u preparazzjoni f’dak li int għandek riesaq lejk sabiex tkun tista’ ttejjeb aktar dak li fil-passat kien tant iebes. Issa huwa l-mument li tħares biss ’il quddiem. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Scorpio huma dawn: aħmar u vjola

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 10, 12, 13 u 15

L-istilla l-aktar ideali għalik din il-ġimgħa ġejja minn Pisces

Scorpio huma magħrufin għat-tfassil dettaljat tagħhom.                                                        

Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru

Iż-żodijaku ta’ Sagittarius għall-istess Sagittarius ser tfisser impenn fl-imħabba, fejn għalkemm dan l-aħħar għaddejt minn xi sitwazzjoni iebsa dan se jġiegħelek tagħraf aktar fejn int vera trid tmur b’hekk issa se tagħraf l-imħabba minn angolu totalment differenti. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Sagittarius huma dawn: blu u roża

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 9, 12, 13 u 15

L-istilla l-aktar ideali għalik din il-ġimgħa ġejja minn Gemini

 Sagittarius huma magħrufin għas-sensittività li joffru.

Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar

Iż-żodijaku ta’ Sagittarius għal Capricorn ser ikun ifisser aktar impenn dwarek u dan se jagħtik spazju tagħraf aktar dak li għaddej madwarek kemm mil-lat ta’ kif tibda tippreżenta ruħek kif ukoll bilanċ aħjar fid-dieta tiegħek, dawn huma fost affarijiet li int trid tagħraf tadatta aktar. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Capricorn huma dawn: vjola u aħmar

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 10, 12, 13 u 14

L-istilla l-aktar ideali għalik din il-ġimgħa ġejja minn Sagittarius

 Capricorn huma magħrufin għall-ideat pożittivi li jafu joffru

More in Divertiment