X'qed tbassar l-istilla tiegħek?

L-Oroskopju mill-Ħadd 4 ta’ Novembru sas-Sibt 10 ta’ Novembru

Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar

Iż-żodijaku ta’ Aquarius ser ikollu impatt fil-mod kif int se tkun qed taħseb dwar dak kollu li ġej f’dawn il-ġranet. Għalhekk isa li taf b’dan għandek tagħraf li kull sitwazzjoni li tista’ tiffaċċja għandek tirridletti aktar minn dak li qed tagħmel sabiex tipponta lejn l-aħjar direzzjoni. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Aquarius huma dawn: abjad u isfar

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 4, 6, 8 u 10

L-istilla li f’dan il-mument toffrilek fiduċja ġejja minn  Cancer

Aquarius huma magħrufin bħala persuni ta’ komunikazzjoni pożittiva

Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu

Iż-żodijaku ta’ Pisces ser ikollu l-impatt tiegħu fil-mod ta’ tkattir ta’ aktar responsabbilità fl-abbiltà li għandek madwarek. Jista’ jkun li qabel din il-fażi kont illaxkajt xi ftit mir-responsabbilità, għalhekk issa se terġa’ tidħol għaliha b’aktar ħeġġa sabiex twassal il-messaġġ tiegħek. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Pisces huma dawn: blu u isfar

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 5, 6, 8 u 9

L-istilla li f’dan il-mument toffrilek fiduċja ġejja minn Capricorn

Pisces huma magħrufin bħala persuni ta’ moral effettiv

Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April 

Iż-żodijaku ta’ Arues se jagħmlek aktar sensittiv li mhux normali tkun daqstant. Dan il-perjodu issa qed tħoss li din is-sensittività se tkun ir-raġuni li int tiġbed aktar simpatija pożittiva lejk li sa ftit ilu kienet nieqsa sew minn madwarek. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Aries huma dawn: aħmar u kannella

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 4, 6, 9 u 10

L-istilla li f’dan il-mument toffrilek fiduċja ġejja minn Leo

Aries huma magħrufin għat-twebbis ta’ rashom

Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju

Iż-żodijaku ta’ Taurus ser iħalli fik impatt enerġitiku ġewwa fik li qed tħoss aktar mis-soltu. Din l-enerġija se tagħtik iċ-ċans sabiex inżid xi nuqqas issa se tħossok b’saħħtek biżżejjed li wara ġurnata xogħol tmur sal-gym jew tagħmel xi mixja jew xi forma ta’ eżerċizzju. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Taurus huma dawn: isfar u oranġjo

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 5, 6, 8 u 9

L-istilla li f’dan il-mument toffrilek fiduċja ġejja minn Scoprio

Taurus huma magħrufin għall-immaġinazzjoni tagħhom

Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju

Iż-żodijaku ta’ Gemini se jagħtik aktar kuraġġ minn qatt qabel sabiex tikumbatti dak il-mewġ li qed tiffaċċja b’mod partikolari fil-karriera bħalissa u għandu jqawwilek il-moral sabiex tagħraf dawn l-opportunitajiet li ġejjin.  Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Gemini huma dawn: isfar u oranġjo

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 4, 5, 7 u 9  

L-istilla li f’dan il-mument toffrilek fiduċja ġejja minn Aquarius

Gemini huma magħrufin għall-motivazzjoni tagħhom

Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju

Iż-żodijaku ta’ Cancer se jagħtik impatt fis-saħħa tiegħek u dan ma kienx riżultat ta’ xi mard u dgħufija personali imma ġej mill-effett ta’ sistema żodijaka għalhekk f’dawn il-ġranet l-impatt tiegħek ser ikun aktar b’saħħtu mis-soltu u dan ikun fattur importanti għalik. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Cancer huma dawn: isfar u blu

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik:  5, 6, 7 u 9   

L-istilla li f’dan il-mument toffrilek fiduċja ġejja minn Sagittarius

Cancer huma magħrufin għad-direzzjoni pożittiva tagħhom.

Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu

Iż-żodijaku ta’ Leo se joffrilek aktar twemmin fik innifsek ftit ta’ żmien ilu u dan għandu jkun ferm utli għalik sabiex f’din id-direzzjoni temmen fil-ħila kapaċità u intellet li għandek fik u tagħraf il-kważi tmexxi aktar lilek innifsek. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Leo huma dawn: oranġjo u lewn id-deheb

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 4, 6, 8 u 10

L-istilla li f’dan il-mument toffrilek fiduċja ġejja minn Taurus

Leo huma magħrufin kemm huma nies ta’ fehma soda

Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru

Iż-żodijaku ta’ Virgo ser ikollu impatt tiegħu fil-mod f’dawn il-ġranet li ġejjin kif int se tikkonfronta min jipprova bħal qisu jgħaddik minn għajn il-labra, issa int trid toqgħod ferm attent għax dak li int se tħoss ġewwa agħraf dan sabiex tkattar lilek innifsek. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Virgo huma dawn: oranġjo u kannella

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 5, 6, 7 u 9  

L-istilla li f’dan il-mument toffrilek fiduċja ġejja minn Aries

Virgo huma magħrufin li jimxu mal-mument.

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru

Iż-żodijaku ta’ Libra ser ikollu impatt tiegħu fil-mod ta’ kif int se tibda tħejji l-ħsieb jiġġenera dwar ċertu deċiżjonijiet li fil-passat kont tkun trid xi forma ta’ opinjoni oħra għalkemm fl-aħħar tkun int li tasal tagħmel deċiżjonijiet però issa għal dawn il-ġimgħat li ġejjin din is-sitwazzjoni mhijiex sejra tibqa’ aktar. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Libra huma dawn: blu u abjad

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 4, 5, 7 u 10

L-istilla li f’dan il-mument toffrilek fiduċja ġejja minn Gemini

Libra huma magħrufin għat-tmexxija intensiva tagħhom.

Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sat-21 ta’ Novembru

Iż-żodijaku ta’ Scorpio ser ikollu impatt tiegħu fil-mod għal deċiżjoni li se tkun riesqa lejk fi żmien qarib, li din id-deċiżjoni se tkun taf li għandu jkollok impatt differenti fil-forma tal-ħajja tal-lum, int għandek u kif qed tagħmilha, agħraf sabiex tavvanza. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Scorpio huma dawn: vjola u iswed

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 5, 6, 8 u 9  

L-istilla li f’dan il-mument toffrilek fiduċja ġejja minn Pisces

Scorpio huma magħrufin għat-tfassil dettaljat tagħhom.

Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru

Iż-żodijaku ta’ Sagittarius ser ikollu impatt fil-mod li jfixklek minn dak li int kont se tibda tippjana jew tħejji dwaru, issa trid iżżomm il-pass li għalkemm ser ikun hemm dan l-effett madwarek ta’ inċertezza int trid iżżomm mal-ħsieb li kellek qabel bdejt tħoss dan. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Sagittarius huma dawn: isfar u roża

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 5, 6, 7 u 9 

L-istilla li f’dan il-mument toffrilek fiduċja ġejja minn Libra

Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom

Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar

Iż-żodijaku ta’ Capricorn ser ikollu impatt tiegħu fil-mod fil-mod kif int iżżomm dak li jirnexxielek iżżomm madwarek. Għalkemm ser ikun xi ftit mument ta’ tfixkil però mill-esperjenzi passati tiegħek trid tagħraf iżżomm sod u dak li hemm madwarek u tagħraf aktar dan. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Capricorn huma dawn: blu u vjola

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 5, 7, 9 u 10   

L-istilla li f’dan il-mument toffrilek fiduċja ġejja minn Virgo

Capricorn huma magħrufin għall-gwida li joffru

More in Divertiment