Ħames Minuti Intervisti Divertiment Teatru Arti

X'ġimgħa qed ibassru l-istilel?

L-Oroskopju mwassal għalikom mill-Ħadd 29 t’April sas-Sibt 5 ta’ Mejju

Paul Jon / 30 t'April 2018 09:33
Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar

Iż-żodijaku se jieħu forma ġdida għal Aquarius u dan ser iġib miegħu bosta ċaqliq lejk. Għal dawn il-ħmistax int li taqa’ taħt din l-istilla trid tagħraf aktar kif timxi fl-imħabba fejn din se tkun l-aktar sitwazzjoni delikata f’dan il-proċess. Kemm mill-att t’imġiba u anke kif tħossok.  Namaste

Kuluri favoriti ma’ Aquarius huma dawn: blu u isfar

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 30, 2, 4 u 5

L-istilla li f’dan iż-żodijaku ta’ Taurus għandek tevita ġejja minn Libra

Aquarius huma magħrufin bħala persuni ta’ komunikazzjoni pożittiva

Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu

Iż-żodijaku se jieħu forma ġdida għal Pisces u dan ser iġib miegħu bosta ċaqliq lejk. L-aktar meta int tagħraf aktar lilek innifsek f’dawn il-ħmistax li ġejjin; fejn trid tiffoka fuq il-karriera tiegħek dan għalex ser ikun hemm bħal eżami lest għalik u dan jaf ikun fuq diversi temi. Ser ikun eżami li fih int se tagħraf l-abbiltà kbira fil-karriera tiegħek. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Pisces huma dawn: aħdar u isfar

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 29, 30, 2 u 4

L-istilla li f’dan iż-żodijaku ta’ Taurus għandek tevita ġejja minn Scorpio

 Pisces huma magħrufin bħala persuni ta’ moral effettiv ħafna.

Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April 

Iż-żodijaku se jieħu forma ġdida għal Aries u dan ser iġib miegħu bosta ċaqliq lejk l-aktar li ser ikun affettwat huwa l-ħsieb tiegħek. Moħħok ser jgħaddi minn fażi ta’ ħafna ħsibijiet kemm pożittivi kif ukoll negattivi imma huma dawn tal-aħħar li se jħallu effett fuqek għax ser ikunu perjodu ftit itwal mis-soltu.

Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Aries huma dawn: aħmar u kannella

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 30, 2, 3 u 5

L-istilla li f’dan iż-żodijaku ta’ Taurus għandek tevita ġejja minn Virgo

Aries huma magħrufin għat-twebbis ta’ rashom

Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju

Iż-żodijaku se jieħu forma ġdida għal Taurus u dan ser iġib miegħu bosta ċaqliq lejk. Però l-aktar li se tkun affettwata huwa fil-ħin. Trid tibda tqassam aħjar sabiex issib spazju għalik u ħin biex tirrilassa għaliex dan donnu spiċċa u għalhekk dan jaf ikun ta’ problema anke għal saħħtek ’il quddiem.

Namaste

Kuluri favoriti ma’ Taurus huma dawn: isfar u oranġjo

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 29, 2, 3 u 4

L-istilla li f’dan iż-żodijaku ta’ Taurus għandek tevita ġejja minn Capricorn

Taurus huma magħrufin għall-immaġinazzjoni tagħhom

Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju

Iż-żodijaku se jieħu forma ġdida għal Gemini u dan ser iġib miegħu bosta ċaqliq xi ftit iebes lejk speċjalment fejn tidħol il-karriera. F’din il-fażi trid tkun aktar pożittiv għal dak li ġej u għall-isfidi li se jibdew jersqu lejk. Jekk int tagħraf dejjem tilqa’ u tuża moħħok dan jgħaddi. Agħraf kun aktar int kemm tista’ f’dan l-istadju.

Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Gemini huma dawn: isfar u oranġjo

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 29. 3. 4 u 5

L-istilla li f’dan iż-żodijaku ta’ Taurus għandek tevita ġejja minn Aquarius

Gemini huma magħrufin għall-motivazzjoni tagħhom

Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju

Iż-żodijaku se jieħu forma ġdida għal Cancer u dan ser iġib miegħu bosta ċaqliq lejk speċjalment fejn jidħlu dak li txtieq int u l-karriera tiegħek. Huma żewġ sitwazzjonijiet li għalkemm ma għandhomx x’jaqsmu għalik jafu jkunu front wieħed u int trid tagħraf il-ġpotenzjal tiegħek. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Cancer huma dawn: isfar u blu

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik:  30, 1, 2 u 3

L-istilla li f’dan iż-żodijaku ta’ Taurus għandek tevita ġejja minn Taurus

Cancer huma magħrufin għad-direzzjoni pożittiva tagħhom

Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu

Iż-żodijaku se jieħu forma ġdida għal Leo u dan ser iġib miegħu bosta ċaqliq u dan l-aktar li ser ikun effettv huwa tal-mod ta’ kif int tħares lejn is-sitwazzjoni kollha ta’ madwarek. Però hawn trid toqgħod attent għax f’dan l-istadju ċertu sitwazzjonijiet madwarek jafu jkunu mhux dak li tixtieq, agħraf sew dan. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Leo huma dawn: oranġjo u aħmar

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 29, 2, 3 u 5

L-istilla li f’dan iż-żodijaku ta’ Taurus għandek tevita ġejja minn Aries

Leo huma magħrufin kemm huma nies li jimxu mal-mument

Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru

 Iż-żodijaku se jieħu forma ġdida għal Virgo u dan ser iġib miegħu bidla ta’ kif tippjana l-affarijiet ta’ madwarek. Għalkemm int ma kontx ħażin fl-ippjanar int ser tipperfezzjona dan u dan se tarah iseħħ fil-ħmistax li ġejjin u din id-differenza ser tinħass. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Virgo huma dawn: isfar u kannella

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 30, 29, 3 u 4

L-istilla li f’dan iż-żodijaku ta’ Taurus għandek tevita ġejja minn Taurus

Virgo huma magħrufin li jimxu mal-mument

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru

Iż-żodijaku se jieħu forma ġdida għal Libra peress li dan ser iwasslek biex tagħraf min vera int. Inutli toqgħod tinħeba wara dak jew l-ieħor, Wasal iż-żmien li tagħmel iżjed kuraġġ u appuntu dan ser joffrilek ideat ta’ soluzzjoni li bla ma toqgħod tiddejjaq tkun int u turi min int. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Libra huma dawn: blu u aħdar

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 29, 1, 3 u 5

L-istilla li f’dan iż-żodijaku ta’ Taurus għandek tevita ġejja minn  Pisces

Libra huma magħrufin għat-tmexxija intensiva tagħhom.

Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sat-21 ta’ Novembru

Iż-żodijaku se jieħu forma ġdida għal Scorpio peress li dan ser iwassal għal mument ta’ riflessjoni profonda dwar xi deċiżjonijiet li għandek tieħu. Issa ma tistax toqgħod tilgħab aktar u trid tasal għad-deċiżjoni li għandha bżonn tittieħed minnek u dan il-perjodu ser jimlik b’kuraġġ li għandek bżonn sabiex finalment tasal. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Scorpio huma dawn: iswed u vjola

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 30, 1, 2 u 4

L-istilla li f’dan iż-żodijaku ta’ Taurus għandek tevita ġejja minn Gemini

Scorpio huma magħrufin għat-tfassil dettaljat tagħhom

Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru

Iż-żodijaku se jieħu forma ġdida għal Sagittarius peress li dan ser ikollu effett min-naħa emozzjonali. Għalhekk trid tagħraf iżżomm bilanċ għas-sentimentaliżmu li ser jiżdied fik għaliex jekk ma tkunx kapaċi żżomm il-bilanċ meħtieġ dan jista’ jkun ta’ inkwiet ’il quddiem. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Sagittarius huma dawn: isfar u roża

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 29, 2, 4 u 5

L-istilla li f’dan iż-żodijaku ta’ Taurus għandek tevita ġejja minn Leo

Sagittarius huma magħrufin għas-sensittività tagħhom

Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar

Iż-żodijaku se jieħu forma ġdida għal Capricorn peress li dan ser ikollu effett fuqek sabiex tagħraf tgawdi l-ħajja. Sfortunatament minħabba li int medhija b’ħafna pressjoni madwarek dan mhux qed itik iċ-ċans ta’ spazju imma issa ser ikun qed joffrilek l-ispazju li tant għandek bżonn.  Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Capricorn huma dawn: aħmar u vjola

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik:  29, 30, 1 u 2

L-istilla li f’dan iż-żodijaku ta’ Taurus għandek tevita ġejja minn Cancer

Capricorn huma magħrufin għall-gwida li jafu joffru

Stħarriġ
Segwina fuq Facebook