X'tgħid l-istilla tiegħek din il-ġimgħa?

L-Oroskopju mwassal għalikom minn PaulJon www.pauljon13.com 

Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar

Għaż-żodijaku ta’ Aquarius issa int trid tagħraf aktar lilek innifsek. Għalkemm għandek sitwazzjonijiet li għandhom bżonn ċertu attenzjoni imma issa huwa l-waqt li tieqaf u tirrifletti liema direzzjoni jaqbillek timxi. Għalhekk issa hemm bżonn iddur dawra madwarek u tagħraf lilek innifsek. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Aquarius huma dawn: blu u isfar

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 2, 4, 5 u 6

L-istilla li l-aktar taffettwak b’mod pożittiv ġejja minn Aries

Aquarius huma magħrufin bħala persuni ta’ komunikazzjoni pożittiva

Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu

Għaż-żodijaku ta’ Pisces dan huwa mument fejn ser ittaffi ftit mill-problema finanzjarja tiegħek. Finanzjarjament ser tara ċertu stabbilita li ilek ftit ma tkun fiha però għalkemm ser tara titjib xorta waħda ma tridx taqbad tonfoq bla kontroll. Issa li tara dan it-titjib finanzjarjament għalhekk għandek tkattar dak li huwa ta’ bżonn. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Pisces huma dawn: aħdar u isfar

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik:  1, 2,3 u 5

L-istilla li l-aktar taffettwak b’mod pożittiv ġejja minn Leo

 Pisces huma magħrufin bħala persuni ta’ moral effettiv ħafna.

Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April 

Għaż-żodijaku ta’ Aries huwa mument fejn trid tagħraf iżżomm kontroll dwar id-dieta tiegħek fejn jista’ juri li għalkemm qed iżżomm bilanċ f’dak li int qed tiekol xorta waħda m’intix tara progress. Dan ġej mill-fatt li trid tkun aktar strett u l-importanti li ssib ftit ħin għar-rilassament. Sib bilanċ bejn id-dieta u r-rilassament. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Aries huma dawn: aħmar u kannella

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 2, 4, 5 u 6

L-istilla li l-aktar taffettwak b’mod pożittiv ġejja minn Virgo

Aries huma magħrufin għat-twebbis ta’ rashom

Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju

Għaż-żodijaku ta; Taurus huwa mument fejn int trid tagħti aktar importanza lir-relazzjoni tiegħek. Jista’ jkun li mingħalik li qed tagħti l-aħjar imma hemm bżonn ta’ aktar attenzjoni u motivazzjoni. Ikun tajjeb jekk bħala sorpriża tippjana xi weekend break u dan ikun ta’ importanza għat-tkattir tagħkom. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Taurus huma dawn: isfar u oranġjo

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 1, 2, 4 u 5

L-istilla li l-aktar taffettwak b’mod pożittiv ġejja minn Scorpio

Taurus huma magħrufin għall-immaġinazzjoni tagħhom

Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju

Għaż-żodijaku ta’ Gemini huwa mument fejn il-karriera tiegħek ser tieħu dimensjoni oħra. Għalkemm dan forsi m’intix tarah għalissa imma fi ftit żmien ħa tibda tara u tagħraf kemm il-karriera li int tħaddan kemm miexja ’l quddiem u kemm bil-mod ser jinfetħulek toroq. Xorta waħda trid iżżomm ruħek motivat. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Gemini huma dawn: isfar u oranġjo

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 3, 4, 5 u 7

L-istilla li l-aktar taffettwak b’mod pożittiv ġejja minn Aquarius

Gemini huma magħrufin għall-motivazzjoni tagħhom

Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju

Għaż-żodijaku ta’ Cancer huwa mument fejn trid tibni aktar kuraġġ ġewwa fik. Trid tibni aktar kunfidenza ġewwa fik u trid tagħraf x’hemm bżonn għalik. Jekk int ma tagħmilx dan allura għall-kumplament tax-xhur li ġejjin taf tħossok konfuża u bla ebda direzzjoni. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Cancer huma dawn: isfar u blu

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 3, 5, 6 u 7

L-istilla li l-aktar taffettwak b’mod pożittiv ġejja minn Taurus

Cancer huma magħrufin għad-direzzjoni pożittiva tagħhom

 

Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu

Għaż-żodijaku ta’ Leo huwa mument fejn trid tibda skeda ġdida kemm f’dak li għandu x’jaqsam ma’ pjanar ta’ madwarek kemm mill-att fiżiku u anke dak tal-ħajja. Dawn iż-żewġ sitwazzjonijiet fix-xhur li ġejjin għandhom jingħataw aktar attenzjoni b’mod speċjali kif int tippjana jew tqassam il-ħajja madwarek. Ieqaf ftit, irrifletti u agħraf it-tibdil li għandek bżonn. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Leo huma dawn: oranġjo u lewn id-deheb

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 1,3, 4 u 6

L-istilla li l-aktar taffettwak b’mod pożittiv ġejja minn Sagittarius

Leo huma magħrufin kemm huma nies ta’ fehma soda

Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru

 Għaż-żodijaku ta’ Virgo dan huwa mument li ser jagħlaq għalik fuq ħsieb ta’ pjan. Pjan li int kieku tista’ twettqu fl-aktar żmien possibbli però dan mhux il-każ anzi aktar ikun għaqli għalik jekk dan forsi tarah wisq. Għalhekk int għandek tagħraf kull konsegwenza li dan jista’ jkollu kemm fuq il-ħajja tiegħek kif ukoll fil-madwar. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Virgo huma dawn: isfar u kannella

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 1, 2, 4 u 5

L-istilla li l-aktar taffettwak b’mod pożittiv ġejja minn Pisces

Virgo huma magħrufin li jimxu mal-mument

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru

Għaż-żodijaku ta’ Libra huwa mument li ser jagħlaq għalik sabiex tagħraf li dak li issa akkwistajt fil-karriera tiegħek għandek tagħraf tkattru u tagħtih l-attenzjoni u ma titfax lilek innifsek f’pożizzjoni li tittraskura xi ftit. Int trid tibqa’ ffukat mija fil-mija fuq dak li hemm u li għandek. Issa agħraf kattar l-għaqal tiegħek għall-futur tiegħek. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Libra huma dawn: blu u aħdar

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 2, 4, 5 u 6

L-istilla li l-aktar taffettwak b’mod pożittiv ġejja minn Cancer

Libra huma magħrufin għat-tmexxija intensiva tagħhom.

Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sat-21 ta’ Novembru

Għaż-żodijaku ta’ Scorpio huwa mument ta’ responsabbilità li int trid tagħraf aktar fil-ġimgħat li ġejjin. Din ġejja mill-fatt li int issa f’dak li għażilt tfajt ftit aktar responsabbilità fuqek u trid turi li int kapaċi għal din ir-responsabbilità. Ovvjament kull responsabbilità tagħmlek tagħraf aktar il-ħajja u din ukoll ħa tiġrilek. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Scorpio huma dawn: iswed u vjola

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 1, 2, 4 u 5

L-istilla li l-aktar taffettwak b’mod pożittiv ġejja minn Capricorn

Scorpio huma magħrufin għat-tfassil dettaljat tagħhom

Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru

Għaż-żodijaku ta’ Sagittarius huwa mument ta’ riflessjoni dwar dak kollu li int għaddejt fl-imħabba tal-passat. Se tagħraf x’inhu l-aħjar pass minn issa ’l quddiem. Huwa vera li parti minnek qed tgħidlek sabiex tagħmel pass lejn naħa u l-parti l-oħra qiegħda tgħidlek tagħmel pass lejn naħa oħra. Agħraf irrifletti sew. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Sagittarius huma dawn: isfar u roża

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 3, 5, 6 u 7

L-istilla li l-aktar taffettwak b’mod pożittiv ġejja minn Gemini

Sagittarius huma magħrufin għas-sensittività tagħhom

Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar

Għaż-żodijaku ta’ Capricorn huwa mument li jgħinek tagħraf x’inhuwa l-aħjar għalik. X’hemm bżonn li tagħmel biex ittejjeb is-sitwazzjoni ta’ madwarek. Trid tagħraf timxi bil-għaqal. Ovvjament waħda mid-deċiżjonijeit li trid tieħu se tkun fuq ix-xogħol u din trid toħodha sew. Kemm jekk se tibdel u kemm jekk se tibqa’. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Capricorn huma dawn: aħmar u vjola

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik:  1, 4, 5 u 6

L-istilla li l-aktar taffettwak b’mod pożittiv ġejja minn Libra

Capricorn huma magħrufin għall-gwida li jafu joffru.

More in Divertiment