Ħames Minuti Intervisti Divertiment Teatru Arti

Il-ġurnata taċ-ċinema għat-tfal; Is-Sibt 10 ta' Marzu 2018

X'inhuma l-films li t-tfal jistgħu jaraw fiċ-ċinema fil-ġurnata ddedikata lilhom?

Carmel Bonnici / 9 ta' Marzu 2018 12:58
L-ewwel waħda miż-żewġ attivitajiet li jsiru kull sena tal-Ġurnata taċ-Ċinema għat-Tfal se ssir nhar is-Sibt 10 ta' Marzu, skont kif ħabbru d-distributuri lokali KRS Releasing.

Għal dakinhar hemm selezzjoni varjata ta' 15-il film addattati għat-tfal u l-familji li jkopru ġeneri differenti, bħal animazzjoni, kummiedji avventuruzi, films tax-xjenza fittizja bl-azzjoni, kummiedji familjari, fantasiji u oħrajn.

Il-wiri ta' films bi prezzijiet imraħħsin jibda mad-9.00am u jibqa' sejjer sas-7.00pm f'Malta, waqt li f'Għawdex il-ħinijiet huma fis-2, 4 u 6pm rispettivament.

It-teatri li se jieħdu sehem huma, Eden Cinemas - San Ġiljan, Embassy Cinemas - Valletta, Empire Cinemas - Buġibba, Gallerija Cinemas - Fgura, u f'Għawdex fis-Citadel Cinemas u l-Oratorju Bon Bosco.

Kull tifel u tifla li taqta' biljett se jingħataw Poster żgħir ta' Coco.  Din l-offerta tibqa' tgħodd sakemm dawn iservu.

Black Panther (12A)  Film tax-xjenza fittizja mimli azzjoni u avventuri dwar supereroj iswed li se jieħu t-tronn tal-pajjiż Afrikan, teknikament avvanzat wara l-mewt ta’ missieru.

Tad The Lost Explorer and The Secret of King Midas (U)  Xogħol animat Spanjol, bl-Ingliż, dwar tfittxija, ukoll minn xi viljakki, tat-tliet ċrieket tar-Re Midas, dak li kulma jmiss kien isir deheb.

Coco (PG)  Miguel jixtieq isir mużiċist minkejja li l-familja tiegħu ma tridux. Però, jirnexxilu jsib ruħu fl-Art tal-Mejtin fejn jiltaqa' mal-bużnannu, kantant leġġendarju.

Early Man (Pg)  Kummiedja avventuruża animata dwar tribu li jgħixu fl-għerien u jridu jitgħallmu jilagħbu l-futbol biex jeħilsu mill-jasar.

Ferdinand (U)  Ferdinand hu barri b'qalb kbira, li jaħsbuh perikoluż u jiġbruh, iżda l-aktar li jħobb hu li jxomm il-fjuri u li-tifla żgħira li rabbitu.

Jumanji: Welcome to the Jungle (12A)  Erba' adoloxxenti jsibu ruħhom fil-ġungla, taħt il-forma ta' adulti u jgħaddu minn ħafna perikli serji, meta jilagħbu logħba...

Star Wars: The Last Jedi (12A)  Tkompli din is-saga verament profittabli b'Rey, erojina protagonista li tiskopri kif tkkontrolla l-abbilitajiet tad-direzzjoni tal-veteran Luke Skywalker.

Maze Runner: The Death Cure (12a)  F'dan it-thriller tax-xjenza fittizja, il-final tas-saga "The Maze Runner",Thomas se jmexxi lil sħabu, il-grupp maħrub tiegħu fl-aktar missjoni perikoluża s'issa.

The Star (U)  Kummiedja ħelwa animata dwar ħmara kuraġġuża u sħabha l-annimali l-oħra li jgħinu bil-kbir fil-vjaġġ ta' tnejn lejn Betlem.

Daddy's Home 2 (12A)  Meta fil-familja ta' Brad u Dusty jiġu n-nanniet maskili l-inkwiet se jiżdied qabel il-vaganzi.

Justice League (12A)  Bruce Wayne (Batman), wara s-sagrifiċċju ta' Superman, isib alleata ġdida f'Diana Prince (Wonder Woman).

PADDINGTON 2. (PG)  Fantasija ħelwa fejn l-ors gustuż Paddington jaqbad diversi mpiegi varji biex jixtri rigal liz-zija Lucy, li għalqet 100 sena u li jinsteraq.

THOR RAGNAROK. (12A) Avventura fantastika tax-xjenza fittizja tal-Mitoloġija Nordika fejn l-Alla tar-Ragħad irid iwaqqaf lil Alla tal-Mewt li se teqred pajjiżu.

MY LITTLE PONY. (U) Iż-żgħar nett żgur li se jieħdu gost b'dan il-film dwar sitt ponijiet ta' diversi kuluri (Mane 6) li jazzardaw barra l-konfini tagħhom biex ifittxu l-magija tal-ħbiberija.

THE LEGO NINJAGO MOVIE  (U)  Film b'pupazzi Lego fejn tifel ta' gwerrier kattiv kulħadd jiskartah u tinager jistinka biex jirbaħlu mghejjun minn sħabu ninjas.

Min jaħseb għall-biljetti kmieni ma jiddispjaċihx u anki jakkwista fiż-żgur "mini poster" ta' "Coco"

Stħarriġ
Segwina fuq Facebook