Ħames Minuti Intervisti Divertiment Teatru Arti

L-Oroskopju

Aqra xi jgħidu l-istilel tiegħek għal din il-ġimgħa

Paul Jon / 27 ta' Frar 2017 10:12
Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar
Il-Ħadd 26 ta’ Frar, iż-żodijaku se jieħu forma ġdida għal Aquarius peress li se jkun il-bidu ta’ qamar ġdid (New Moon) u dan se jġib miegħu bosta ċaqliq lejk. Għal dawn il-ħmistax, int li taqa’ taħt din l-istilla ta’ Aquarius, trid tagħraf iktar kif timxi fl-imħabba fejn din se tkun  l-iktar sitwazzjoni delikata f’dan il-proċess. Kemm mil-lat ta’ imġiba u kemm mil-lat ta’ kif int se tħossok, tipprovax tkun forma teatrali għax taf toħloq aktar ħsibijiet. Kun int kemm tista’ f’dan l-istadju.

Kuluri favoriti ma’ Aquarius huma dawn: abjad, blu u isfar

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

L-istilla li int f’dan il-qamar għandek tevita hi dik ta’ Taurus

Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna

 

Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu
Il-Ħadd 26 ta’ Frar iż-żodijaku se jieħu forma ġdida għal Pisces, peress li se jkun il-bidu ta’ qamar ġdid (New Moon) u dan se jġib miegħu ħafna ċaqliq lejk. Però, l-aktar li int tagħraf lilek innifsek f’dawn il-ħmistax li ġejjin hija l-karriera tiegħek, dan għaliex se jkun bħal eżami lest għalik, u dan jaf ikun fuq diversi temi. Se jkun eżami li int se tagħraf li int għandek abbiltà kbira fil-karriera, u jekk kont xi ftit xettiku dan l-aħħar, issa dan il-ħsieb se jitlaq minn ġo fik.Kun int kemm tista’ f’dan l-istadju.

Kuluri favoriti ma’ Pisces huma dawn: blu, aħdar u isfar

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

L-istilla li int f’dan il-qamar għandek tevita hi dik ta’ Capricorn

Pisces huma magħrufin għall-abbiltà u t-twemmin fihom infushom

 

Aries mill-21 ta’ Marzu sal-20 ta’ April
Il-Ħadd 26 ta’ Frar, iż-żodijaku jieħu forma ġdida għal Aries peress li se jkun il-bidu ta’ qamar ġdid (New Moon) u dan se jġib miegħu bosta ċaqliq lejk, l-aktar huwa l-ħsieb imma li se jkun affetwat. Dan għaliex moħħok se jgħaddi minn fażi ta’ ħafna ħsibijiet, kemm pożittivu u kemm negattivi, imma huma dawn tal-aħħar li jafu jħallu effett fuqek għax dan huwa perjodu ftit itwal mis-soltu, imma int li qed taqra dan l-Oroskopju qed tkun gwidat, għalhekk, kun int kemm tista’ f’dan l-istadju.

Kuluri favoriti ma’ Aries huma dawn: aħmar, kannella u abjad

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

L-istilla li int f’dan il-qamar għandek tevita hi dik ta’ Virgo

Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li huma jagħtu

 

Taurus mill-21 ta’ April sal-20 ta’ Mejju
Il-Ħadd 26 ta’ Frar, iż-żodijaku se jieħu forma ġdida għal Taurus peress li se jkun il-bidu ta’ qamar ġdid (New Moon) u dan se jġib miegħu ħafna ċaqliq lejk. Però, l-aktar li se tkun affettwat huwa fil-ħin. Trid tibda tqassam il-ħin għalik sabiex fil-ħajja bħalissa, int issib spazju għalik. Il-ħin sabiex int tirrilassa, bħal donnu spiċċa minn madwarek, u dan jaf ikun ta’ bosta problemi ’il quddiem għal saħħtek. Għalhekk, agħraf sib ħin fejn int tibda tirrilassa u kun int kemm tista’ f’dan l-istadju.

Kuluri favoriti ma’ Taurus huma dawn: aħdar, oranġjo u isfar

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

L-istilla li int f’dan il-qamar għandek tevita hi dik ta’ Pisces

Taurus huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom

 

Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju
Il-Ħadd 26 ta’ Frar, iż-żodijaku se jieħu forma ġdida għal Gemini peress li se jkun il-bidu ta’ qamar ġdid (New Moon) u dan se jġib miegħu ħafna ċaqliq xi ftit iebes lejk speċjalment fejn tidħol il-karriera. Din il-fażi fejn trid tkun fl-aktar mument pożittiv għal dak li ġej u għall-isfidi li se jibdew jersqu. Jekk int bħala Gemini tagħraf dejjem tilqa’ u tuża l-moħħ, dan jgħaddi, imma jekk int se teħel f’xi pika jew sfida, hawnhekk se ssib li se tgħaddi minn fażijiet delikati. Agħraf aktar kun int kemm tista’ f’dan l-istadju.

Kuluri favoriti ma’ Gemini huma dawn: isfar, blu u oranġjo

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

L-istilla li int f’dan il-qamar għandek tevita hi dik ta’ Leo

Gemini huma magħrufin għall-flessibbiltà tagħhom

 

Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju
Il-Ħadd 26 ta’ Frar, iż-żodijaku se jieħu forma ġdida għal Cancer peress li se jkun il-bidun ta’ qamar ġdid (New Moon) u dan se jġib miegħu ħafna ċaqliq, speċjalment fejn tidħol kemm dak li int tixtieq ġewwa fik, u kemm dwar il-karriera tiegħek. Huma żewġ sitwazzjonijiet li għalkemm m’għandhomx x’jaqsmu ma’ xulxin, imma għalik dawn jafu jkunu front wieħed u għalhekk f’dan l-istadju, int trid tagħraf il-potenzjal tiegħek f’dan ir-rigward. Għalhekk, kun aktar int kemm tista’ f’dan l-istadju,

Kuluri favoriti ma’ Cancer huma dawn: abjad, blu u isfar

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

L-istilla li int f’dan il-qamar għandek tevita hi dik ta’ Scorpio

Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom

 

 

Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu
Il-Ħadd 26 ta’ Frar, iż-żodijaku se jieħu forma ġdida għal leo peress li se jkun il-bidu ta’ qamar ġdid (New Moon), u dan se jġib miegħu ħafna ċaqliq. Dan se jkun l-aktar effettiv fil-mod ta’ kif int se tħares lejn is-sitwazzjoni kollha ta’ madwarek. Però, hawnhekk trid toqgħod attent għax f’dan l-istadju, ċertu sitwazzjonijiet madwarek jafu jkunu mhux dak li tixtieq int. f’dak il-mument, dan tagħtix kasu, għax dawn jistgħu jinbidlu. Għalhekk, agħraf sew u kemm tista’, f’dan l-istadju kun int.

Kuluri favoriti ma’ Leo huma dawn: aħmar, oranġjo u lewn id-deheb

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

L-istilla li int f’dan il-qamar għandek tevita hi dik ta’ Aries

Leo huma magħrufin kemm huma nies umli

 

Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru
Il-Ħadd 26 ta’ Frar, iż-żodijaku se jieħu forma ġdida għal Virgo peress li se jkun il-bidu ta’ qamar ġdid (New Moon), u dan se jġib għalik bidla ta’ kif tippjana l-affarijiet ta’ madwarek. Se jorganizzak iktar, għalkemm int ma kontx ħażin rigward kif tippjana, bħal per eżempju kif tippjana l-ġimgħa tiegħek, imma dan il-qamar se jagħtik iktar perfezzjoni fl-ippjanar tiegħek, u dan int se tarah fil-ħmistax li ġejjin. Id-differenza se tinħass, għalhekk kun aktar int f’dan l-istadju.

Kuluri favoriti ma’ Virgo huma dawn: oranġjo, isfar u kannella

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

L-istilla li int f’dan il-qamar għandek tevita hi dik ta’ Aquarius

Virgo huma magħrufin li jservu ta’ pont

 

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru
Il-Ħadd 26 ta’ Frar, iż-żodijaku se jieħu forma ġdida għal Libra peress li se jkun il-bidu ta’ qamar ġdid (New Moon) u dan se jwassal ġewwwa fik sabiex tagħraf iktar min hu l-vera int. Inutli li toqgħod tinħeba wara dak jew wara dik. Wasal iż-żmien li int tagħmel iżjed kuraġġ ġo fik, u appuntu, dan hu dak li se joffrilek dan il-qamar, u bla ma tiddejjaq, kun int u uri min int fil-verità, u dan mhux talli mhux se jtellef, anzi l-ħajja ta’ madwarek se televa aktar, għalhekk kun iktar int f’dan l-istadju.

Kuluri favoriti ma’ Libra huma dawn: blu, aħdar u abjad

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

L-istilla li int f’dan il-qamar għandek tevita hi dik ta’ Gemini

Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna

 

Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sat-21 ta’ Novembru
Il-Ħadd 26 ta’ Frar iż-żodijaku se jieħu forma ġdid għal Scorpio peress li se jkun il-bidu ta’ qamar ġdid (New Moon), u dan se jwassal għal mument ta’ riflessjoni profonda dwar xi deċiżjoni li int għandek tieħu. Issa ma tistax toqgħod tilgħab aktar. Trid tasal għal dik id-deċiżjoni li għandha bżonn tittieħed minnek, u dan il-qamar se jimlik b’dak il-kuraġġ li int għandek bżonn sabiex finalment tasal għal forma ta’ deċiżjoni għaqlija u għalhekk trid tkun iktar int f’dan l-istadju.

Kulura favoriti ma’ Scorpio huma dawn: aħmar, iswed u vjola

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

L-istilla li int f’dan il-qamar għandek tevita hi dik ta’ Libra

Scorpion huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom

 

Sagittarius mill-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru
Il-Ħadd 26 ta’ Frar, iż-żodijaku se jieħu forma ġdida għal Sagittarius peress li se jkun il-bidu ta’ qamar ġdid (New Moon). Dan se jkollu effett fuqek fuq in-naħa emozzjonali, u għalhekk trid tagħraf ħafna żżomm il-bilanċ għal mod ta’ sentimiżmu li se jiżdied ġewwa fik għax jekk int ma tkunx kapaċi żżomm il-bilanċ meħtieġ, ’il quddiem, dan jista’ jkun ta’ ftit inkwiet, għalhekk issa taf li dak is-sentiment li int se tħoss trid tikkontrollah kemm tista’, u għalhekk trid tkun iktar int f’dan l-istadju.

Kuluri favoriti ma’ Sagittarius huma dawn: blu, roża u isfar

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

L-istilla li int f’dan il-qamar għandek tevita hi dik ta’ Cancer

Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom

 

Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar
Il-Ħadd 26 ta’ Frar, iż-żodijaku se jieħu forma ġdida għal Capricorn peress li se jkun il-bidu ta’ qamar ġdid (New Moon) dan se jkollu effett fuqek sabiex tagħraf tgawdi ftit iktar il-ħajja ta’ madwarek sfortunatament minħabba li int mehdi b’ħafna pressjoni madwarek. Dan mhux qiegħed jagħtik iċ-ċans ta’ spazju biżżejjed għalik, imma issa dan il-qamar se joffrilek dak l-ispazju li int tant għandek bżonn u għalhekk agħraf li taħtaf din l-opportunità u għalhekk trid tkun aktar int f’dan l-istadju.

Kuluri favoriti ma’ Capricorn huma dawn: aħmar, blu u vjola

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

L-istilla li int f’dan il-qamar għandek tevita hi dik ta’ Sagittarius

Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom

Stħarriġ
Segwina fuq Facebook