Għall-ewwel darba wiċċ Malti jikkompeti mal-aqwa mudelli fid-dinja

Jade Cini mal-isbaħ mudelli mondjali...fosthom it-tieni klassifikata ta' Miss Universe u Miss Top Model of the World

Jade Cini l-mudella famuża Maltija u eks-Miss Malta 2013 kellha aħbar mill-isbaħ meta għall-ewwel darba, Maltija ntagħżlet fost 145 mudella minn madwar id-dinja biex tikkompeti għal Miss Grand Prix. Fost dawk magħżula hemm Miss Universe u Miss Top Model of the World. Dawn jintagħżlu fost l-aktar mudelli li jagħmlu suċċess f'pajjiżhom u Jade Cini qed tirrapreżenta wiċċ Malta għall-ewwel darba għax l-ebda Maltija qatt ma ġiet magħżula qabel f'dan il-kuntest Miss Gran Prix.

Jekk tridu li Jade Cini tasal sat-Top 10, 20, 30, 40 jew 50 kulma tridu tagħmlu hu li tidħlu hawn u tagħfsu like.

More in Divertiment