filmat | Oħtu parti mill-vidjo u ommu tiġbed il-filmat u tieħu sehem ukoll

It-tieni video tal-kanzunetta l-ġdida ta' Jasmar Cassar

Iż-żagħżugħ mill-Marsa Jasmar Cassar li ħareġ it-tieni video tal-aħħar diska tiegħu 'When Love Comes Around' irnexxielu jagħmel dan il-vidjo li nġibed f'lokalitajiet fil-Belt, Buġibba, Ta' Qali u l-iskola 'Gem 16+'. Id-diska interessanti li nkitbet mill-istess kantant żagħżugħ bil-lirika miktuba minn Matt Muxu Mercieca u ġie editjat mill-istess kantant. Il-cameraperson kienet ommu Rose u oħtu Shylii li dan l-aħħar saret popolari bil-kanzunetta rap li kitbet u kantat fuq YouTube. Insomma...video mużikali li warajh hemm familja sħiħa.

 

More in Divertiment