Karnival fil-Marina Ta Xbiex

It-tieni sena li qed jiġi organizzat mill-Kunsill

 

Wara s-success enormi tas-sena l-ohra, l-Kunsill Lokali Ta' Xbiex ser jorganizza t-tieni edizzjoni ta' "Karnival fil-Marina", nhar it-Tnejn 8 ta' Frar mis-6pm il' quddiem gewwa l-parkegg tal-Yacht marina f'Ta' Xbiex. 

Attivita` originali li barra li tghaqqad u tigbor flimkien nies minn kull eta`, ser tehodna ‘l barra minn dak il-karnival tradizzjonali, permezz ta' villagg tal-karnival gol-qalba tal-Yacht Marina. 

Ghal din l-attivita` ser jispikkaw karrijiet zghar, maskri grotteski, aktar minn tlettax-il skola taz-zfin, kantanti, kompetizzjonijiet ghall-aqwa kostum u bosta hwejjeg u sorprizi ohra.

L-entratura hija minghajr hlas.

More in Divertiment