Nhar il-Ġimgħa iċ-ċirklu jkun Għawdex

Se jintrema quddiem il-LIDL

Wara s-success li kellha f’Malta, Gran Circo Zavatta dalwaqt ser tkun qed toffri l-wirjiet specjali taghha fil-gzira ta’ Ghawdex.  Filfatt wara domanda generali mill-Ghawdxin stess, l-organizzatur Johann Said b’kollaborazzjoni mal-familja Zavatta ser ikunu qed jipprezentaw flimkien Gran Circo Zavatta gewwa r-Rabat (Victoria), Ghawdex.

Gran Circo Zavatta hija l-eqdem cirklu li ilha tezisti fid-dinja kollha.  Il-wirjiet gewwa Ghawdex ser jibdew minn nhar il-Gimgha 8 ta’ Jannar 2016 u jibqghu sejrin kuljum sal-Hadd 17 ta’ Jannar 2016.

Fl-istqarrija tieghu, s-Sur Johann Said meta habbar li Gran Circo Zavatta ser titla’ Ghawdex, fisser kif l-entuzjazmu tal-poplu, f’dan il-kaz tal-Ghawdxin kompla heggu sabiex ikompli b’din id-dedikazzjoni tieghu, tant li hija l-passjoni tieghu.  “ “Ic-cirklu hija l-unika show fid-dinja fejn in-nies jistghu jinnotaw l-emozzjoni ferriehija fuq haddiehor, minhabba l-fatt li huwa mahdum fuq dawra tond.  Issa ser inkun nista naqsam dan l-entuzjazmu mal-Ghawdxin kollha, u dawk kollha prezenti f’Ghawdex li ser jghogobhom jattendu waqt li ahna ser inkunu qedghin hemm”.

Bla dubju ta’ xejn din ser tkun harga unika ghall-familja kollha fejn ser igawdu diversi attrazzjonijiet professjonali li jafu joffru Gran Circo Zavatta.  Ser ikun hemm diversi karattri popolari mat-tfal, buffi, balancing, magija, transformisti li jbiddlu l-hwejjeg f’temp qasir, wirja tal-cowboys u indjani bis-skieken, fire eaters, persuna b’sahhtu hafna li jghawweg il-hadid.  Il-qofol tal-attrazzjonijiet ser tkun l-attrazzjoni msejjha ‘The Wheel of Death’ jew ‘La Ruota della Morte’, fejn fiha l-artisti ser jittestjaw il-bilanc taghhom fil-gholi.

 

Ta’ min isemmi li xi whud mill-artisti li qed jippartecipaw fih ghamlu successi kbar fejn anke kisbu medalji tal-fidda bhal rikonoxximent.

 

Gran Circo Zavatta tigbor fiha hafna artisti li ser juru l-aqwa hiliet taghhom fi prestazzjoni kreattiva u kemmxejn riskjuzi taht tinda wahda gewwa r-Rabat - Ghawdex.

 

Dan ic-cirklu ghandu jkun wiehed memorabbli u ta’ esperjenza unika ghall-membri kollha tal-familja – kemm ghall-kbar u anke ghaz-zghar.  Informazzjoni rigward biljetti ser tkun disponibbli kuljum billi ccemplu fuq 9999 1771.

 

Il-prezz tal-biljetti huwa ta’ €5 biss għat-tfal, filwaqt li prezzijiet tal-biljetti għall-adulti jibdew minn €10.

 

 

 

 

More in Divertiment