(RITRATTI) Cliff Richard ta' 74 sena u għadu bomba

Se joħroġ is-37 kalendarju tiegħu qabel jagħlaq 75 sena: F'dawn is-37 sena ta' kalendarji biegħ aktar minn miljun u nofs kopja.

 

Sir Cliff ftit ġimgħat qabel jagħlaq 75 sena se joħroġ il-kalnedarju tiegħu ta' kull sena u fih jidher fuq kanun bie xjuri lid-dinja li għadu bomba. F'dan il-kalendarju wiħed jara lil Cliff Richard fuq mutur, jirilassa Barbados u fuq kanun. Għandu tan eċċezzjonali u bħalissa jinsab fil-villa b'sitt kmamar tas-sodda li għandu f'Barbados. Għal dawn l-aħħar tletin sena kemm ilu joħroġ dan il-kalnedarju biegħ aktar minn miljun u nofs kopja.

Cliff jgħid li ir-ritratti jeħodhom naturali u m'humiex imbagħbsin jew inkella juża xi tip ta' żebgħa ma wiċċu. Jammetti biss li jiżbogħ xagħru u kien għamel botox biex ijidher iżgħar. Sir Cliff għadu popolari mal-fans tiegħu li issa huma tamparu u biegħ f'ħajtu aktar minn 250 miljun diska. Fil-birthday tiegħu fl-14 ta' Ottubru se jtella kunċert fir-Royal Albert hall f'Londra.

Il-kalendarju se joħroġ uffiċċjalment għal bejgħ minn nhar it-Tlieta l-1 ta' Settembru għand WH Smith u min irid jakkwistah jista jidħol online fuq www.danilo.com jew www.amazon.co.uk u jixtrih minn hemm.

 

 

More in Divertiment