Prezz imraħħas għal żjara fl-Imdina Dungeons

Offerti speċjali fl-okkażjoni tal-Imdina Medjevali

Min iżur l-Imdina għall-okkażjoni tal-Imdina Medjevali li se ssir fit-18 u d-19 ta' April hu mistieden biex iżur l-Imdina Dungeons Museum li se jkollhom rati speċjali tad-dħul imnaqqsa li jkunu ta' €2 għall-kbar (il-prezz tas-soltu hu €5)  u €1 għat-tfal (il-prezz tas-soltu hu €2). 

L-Imdina Dungeons Museum jinsabu taħt il-Palazz Maġisterjali ta' Vilhena, eżatt kif tidħol mill-bieb prinċipali tal-Imdina. Dan hu l-uniku mużew f'Malta li jittratta l-kriminalità u l-kastig. Hawnhekk, f'sensiela ta' passaġġi sigrieta taħt l-art, swali u ċelel, wieħed jista' jara episodji u avvenimenti mill-istorja mudlama u mqallba ta' Malta permezz ta' figuri bil kostumi tal-perijodu, minn żmien ir-Rumani sa dak Għarbi, iż-żmien tal-Kavallieri u anki ta' Napuljun.

Il-familji li jkunu l-Imdina u jżuru dawn id-Dungeons ikollhom iċ-ċans jaraw dawn 75 l-esibiti kollha li jinkludu anki dawk tal-Inkwiżizzjoni u t-torturi kollha li kienu jinaghataw.

Il-ħinijiet tal-ftuħ fi tmiem il-ġimgħa, jiftaħ il-bibien tad-Dungeons mill-10:00 ta’ filghodu li jibqgħu miftuħa sa tard filghaxija.

More in Divertiment