It-tieni prova ta' Federica

Intqal li l-libsa li libset Federica hija dik li se tilbes nhar is-Sibt

Federica fit-tieni prova tagħha. Ritratt - Wiwibloggs
Federica fit-tieni prova tagħha. Ritratt - Wiwibloggs

Ftit tal-ħin ilu għadha kif intemmet it-tieni prova uffiċjali tal-ambaxxatriċi Maltija fil-Junior Eurovision Song Contest, Federica Falzon.

Huwa sigriet magħruf, li l-istennija għat-tieni prova ta' Malta, kienet għal darb'oħra mistennija ħafna, kemm mill-ġurnalisti lokali u barranin, kif ukoll mill-ammiraturi ta' dan l-ispettaklu. Bħalma kienet nhar it-Tlieta, fl-ewwel prova, illum, Federica dehret kalma, kunfidenti u konvinta mill-prestazzjoni li kienet se tagħti waqt il-provi. Fuq il-palk Federica qiegħda elevata 'l fuq permezz ta' pjattaforma. Intqal li l-libsa li libset illum waqt il-provi, hija l-istess libsa li se tkun qed tilbes Federica fil-finali ta' nhar is-Sibt li ġej.

Il-kummenti b'mod inġenerali kemm fis-sala prinċipali, kif ukoll fil-kamra tal-ġurnalisti, dwar il-kanzunetta Maltija, huma tajbin ħafna.

More in Divertiment