Tmien postijiet tax-xogħol vakanti għal kull persuna li tirreġistra

F’numri ppubblikati mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika jidher li kien hemm 7,656 post tax-xogħol vojt bil-pajjiż, b’dawk li jħaddmu jimlew biss 2.8% minnhom. 

Fl-aħħar tas-sena 2023, kien innotat illi għal kull persuna li tirreġistra għax-xogħol, kien hemm tmien postijiet tax-xogħol vakanti. 

F’numri ppubblikati mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika jidher li kien hemm 7,656 post tax-xogħol vojt bil-pajjiż, b’dawk li jħaddmu jimlew biss 2.8% minnhom. 

Fl-istess perjodi, kien hemm ukoll 955 persuna li rreġistraw.  

Dan ifisser li minkejja l-impjiegi li setgħu ssiru, in-negozji ma sabux nies biżżejjed biex jaħdmu magħhom. 

Din kienet l-akbar rata ta’ postijiet tax-xogħol vakanti qatt osservata minn meta bdiet tinġabar statistika ta’ dan it-tip, lura fl-2017. 

Barra minn hekk matul l-2023, l-impjiegi f’Malta kibru b’6.5%, mentri fil-bqija tal-UE kien hemm żieda ta’ 1.2%. Din kienet l-akbar zieda fl-impjiegi madwar l-UE. Minkejja dan, xorta n-negozji f’pajjiżna kellhom ferm aktar impjiegi li xtaqu jimlew, imma li ma sabux nies biżejjed għalihom. 

Fi tmiem l-2022 il-postijiet tax-xogħol mhux mimlija kienu 6,407. 

Dan jiġġifieri li f’Malta ir-rata ta’ offerti ta’ xogħol mhux mimlija żdiedet minn 2.6% fl-2022, filwaqt li fl-UE kienet 2.7%, għal 2.8% fl-2023.  

Meta wieħed iħares lejn dawk is-setturi li l-aktar qed ifittxu ħaddiema, hemm is-servizzi professjonali fejn kien hemm 1,700 job vacancy fl-aħħar tas-sena li għaddiet, seqwit mis-settur tar-retail b’1,038 post tax-xogħol vojt u l-lukandi u ristoranti li kellhom bżonn 990 ħaddiem aktar. 

Kien hemm ukoll 663 postijiet vakanti fil-manifattura, 617 fl-informazzjoni u kommunikazzjoni, u 597 fir-remote gaming.  

Fost setturi oħrajn b’domanda aktar għall-ħaddiema kien hemm il-kostruzzjoni fejn kien hemm bżonn 463 ħaddiem, 396 post tax-xogħol mhux mimli fis-servizzi finanzjarji, u 315 fis-settur tas-saħħa.   

More in Socjali