Il-gazzetta ILLUM nhar il-Ħadd 17 ta’ Marzu tagħti ħarsa lejn l-emenda proposta mill-Membru Parlamentari Nazzjonalista Ivan Bartolo, u titkellem mal-protagonisti biex titgħallem aktar dwar id-dibatittu li l-emendi bdew fl-aħħar ġimgħa.
F’intervista esklussiva mal-ġurnalist Luigi Sghendo, il-kandidat Laburist għall-elezzjonijiet tal-MEPs Clint Azzopardi Flores jitkellem dwar il-votanti, il-manifest eletorali tal-Partit Popolari Ewropew, il-ħidma tal-Gvern fis-soċjal u aktar.
Min-naħa l-oħra, il-ġurnalista Elaine Camilleri titkellem mar-residenti Beltin dwar l-aħħar kontroversja li nqalgħet fil-belt kapitali.
Ixtri l-gazzetta ILLUM, għada, il-Ħadd 17 ta’ Marzu, biex taqra dan u aktar.
Tixtieq taqsam magħna l-istorja tiegħek? Tixtieq tkellem ġurnalist tal-ILLUM? Ibgħat email fuq [email protected] .