Randolph De Battista: 'I feel ashamed', jgħid hekk għax ivvota kontra l-Inkjesta Pubblika

Mistoqsi barra l-Parlament kif iħossu talli vvota kontra l-Inkjesta Pubblika, id-Deputat u Kap Eżekuttiv Laburista Randolph De Battista qal li jħossu “ashamed” 

Id-Deputat u Kap Eżekuttiv Laburista Randolph De Battista qal li jħossu “ashamed” li vvota kontra l-inkjesta pubblika dwar il-bini ta’ kostruzzjoni li kkrolla fl-2022 u ħataf il-ħajja taż-żagħżugħ Jean Paul.  

Is-sena l-oħra, id-Deputati Laburisti fil-Parlament ivvutaw kontra mozzjoni tal-Oppożizzjoni li titlob li ssir inkjesta pubblika dwar il-mewt ta’ Sofia.

Mistoqsi barra l-Parlament mill-gazzetta oħt MaltaToday jekk jiddispjaċihx li vvota mal-grupp parlamentari Laburista, De Battista qal li jħossu “ashamed”.

“L-apoloġija tiegħi ma tagħmilx differenza fil-ħajja ta’ Isabelle, għaliex ħadd ma jista’ jifhem minn xiex għaddiet, minn xiex qed tgħaddi u ħa tibqa’ tgħaddi. Jekk issaqsini kif inħossni. I feel ashamed.”

Il-grupp parlamentari Laburista rċieva reazzjoni qawwija talli oppona inkjesta pubblika dwar il-mewt ta’ Sofia. 

Min-naħa tiegħu, il-Prim Ministru Robert Abela kien partikolarment reżistenti għas-sejħiet għal inkjesta pubblika, u saħaq li inkjesta maġisterjali biss se tagħmel ġustizzja għall-familja ta’ Jean Paul Sofia.

Iżda jiem wara li vvota kontra l-inkjesta pubblika, meta ġiet organizzata velja f'isem Jean Paul, Abela ċeda u nieda l-inkjesta pubblika. Ara il-filmat hawnhekk.

More in Socjali