Il-Prim Ministru jagħti ċans sal-Erbgħa biex CEOs u kapi eżekuttivi ‘jerfgħu r-responsabbiltà’

Ir-rapport identifika lil David Xuereb bħala ċ-Chairman tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) bħala xi ħadd li 'għandu jikkunsidra l-pożizzjoni tiegħu'

Il-Prim Ministru Robert Abela stqarr li qed jistenna lil dawk involuti fin-nuqqasijiet li wasslu għall-mewt ta’ Jean Paul Sofia ‘jerfgħu r-responsabbiltà’, sal-4:30pm tal-Erbgħa.

Abela kien qed iwieġeb il-mistoqsijiet tal-ġurnalisti dwar l-inkjesta pubblika li ħareġ rapport fuqha illum, l-Erbgħa dwar il-mewst ta’ Jean Paul Sofia.

Abela, mingħajr ma jsemmi ismijiet, stqarr li jistenna li ċ-chairperson ta’ entità, żewġ CEOs ta’ żewġ entitajiet oħra jirriżenjaw. Semma wkoll impjegat u numru ta’ maniġers li m’għadhomx fil-karigi tagħhom bħala nies oħra li ġew magħżula fir-rapport.

Ir-rapport identifika lil David Xuereb bħala ċ-Chairman tal-Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) bħala xi ħadd li "għandu jikkunsidra l-pożizzjoni tiegħu."

Fir-rapport ippubblikat, il-bord tal-inkjesta qal li mhux xieraq li l-OHSA tkun immexxija mill-istess persuna għal aktar minn 20 sena. Issuġġerixxa li l-kap eżekuttiv għandu jkollu terminu fiss.

Il-Bord qal ukoll li jinsab imħasseb li jisma’ li l-OHSA m’għandha l-ebda responsabbiltà legali jew teknika fuq kwistjonijiet ta’ sigurtà pubblika, jew il-protezzjoni ta’ terzi waqt ix-xogħlijiet. Il-Bord żied jgħid li huwa inaċċettabbli li uffiċjali tal-OHSA m’għandhomx kompetenza biex jiddeċiedu jekk bini hux sigur jew le.

Il-Bord qal ukoll li l-OHSA għandha “tinżel mit-torri tal-avorju tagħha li bniet għaliha u tikkunsidra l-inċidenti mhux biss bħala numri ... li jkissru l-familji”.

More in Socjali