Tikkunsmax dan il-prodott minħabba livelli elevati ta' capsaicin - estratt tal-bżar aħmar jaħraq

Id-direttorat tas-Saħħa javża lill-pubbliku biex ma jikkunsmax il-prodott ‘Hot Chip Challenge’ hekk kif instabu livelli għolja ta' capsaicin li jwasslu għal irritazzjoni serja fis-sistema gastrika

Id-direttorat tas-Saħħa javża lill-pubbliku biex ma jikkunsmax il-prodott ‘Hot Chip Challenge’ minħabba li nstabu livelli elevati ta’ capsaicin. Capsaicin huwa estratt tal-bżar aħmar jaħraq (chilli). Livelli għoljin ta’ dan l-estratt jistgħu jwasslu għal irritazzjoni serja fis-sistema gastrika.

Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara nformazzjoni li rċieva permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, dan il-prodott m’għandux jiġi kkunsmat. 

Użin tal-prodott : 3g; Lottijiet involuti: kollha; dati ta’ durabbiltà: kollha. 

Għal aktar informazzjoni, l-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat imejl fuq [email protected] . Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook https://www.facebook.com/EHDMalta jew is-sit uffiċjali fuq https://environmentalhealth.gov.mt għal informazzjoni simili.

More in Socjali