ARA| Robert Abela: It-tneħħija ta' Aaron Farrugia kienet parti mill-proċess ta’ riġenerazzjoni

Abela jiddefendi li Aaron Farrugia jitħalli barra mir-reshuffle tal-kabinett, hekk kif il-portafoll tal-ippjanar ingħata lill-ministru ta’ Għawdex

Aaron Farrugia, eks ministru għat-trasport
Aaron Farrugia, eks ministru għat-trasport

Il-Prim Ministru Robert Abela saħaq li t-tneħħija ta’ Aaron Farrugia mill-kabinett kienet parti minn proċess ta’ riġenerazzjoni, filwaqt li ċaħad it-tħassib li jgħaqqad lill-Għawdex mal-portafoll tal-ippjanar sar biex iserraħ lil Joseph Portelli.

Meta tkellem mal-ġurnalisti wara l-ġurament ta’ membri ġodda tal-kabinett, Abela faħħar lil Aaron Farrugia għall-ħidma tiegħu fil-Partit Laburista u f’diversi karigi tal-kabinett matul is-snin. Insista li l-ommissjonijiet tal-kabinett mhumiex espressjoni ta’ diżapprovazzjoni għall-ħidma ta’ politiku, u dik il-bidla hija meħtieġa.

Abela saħaq li ħass il-bżonn li jkomplu l-proċess ta’ riġenerazzjoni, filwaqt li sostna li kien hemm bidliet oħra apparti dik ta’ Aaron Farrugia.

Farrugia kien l-uniku membru tal-kabinett li tħalla barra mir-reshuffle li ħasab lil kulħadd fi tmiem il-ġimgħa. Farrugia kien il-ministru responsabbli għat-trasport, l-infrastruttura, u l-proġetti kapitali.

Abela ċaħad ukoll it-tħassib li l-Ministru t’Għawdex Clint Camilleri jingħata l-portafoll tal-ippjanar tal-iżvilupp, hekk kif diversi għaqdiet diġá jinsabu inkwetati bl-iżvilupp żejjed f’Għawdex. 

Abela ċaħad għalkollox is-suġġerimenti ta’ wħud dwar jekk iż-żieda ta’ dan il-portafoll huwiex attentat biex jaqdiJoseph Portelli fil-kostruzzjoni. 

Abela saħaq li min jagħmel dawn it-tip ta’ suġġerimenti, ma jaf fuq xiex qed jitkellem; filwaqt li sostna li jemmen li Clint Camilleri huwa dak li għad jagħmel il-ġid u bidliet meħtieġa. 

“Jekk xi ħadd qed isostni li din il-ħatra saret biex jippromwovi żvilupp bla rażan, żgur li mhux il-każ.”

More in Socjali