Tliet segretarji parlamentari u Ministru jieħdu l-ġurament tal-ħatra

Tliet segretarji parlamentari: Malcolm Paul Agius Galea,Omar Farrugia u  Glenn Bedingfield; flimkien mal-Ministru Chris Bonnett ħadu l-ġurament tal-ħatra fil-Palazz Presidenzjali l-Belt

Il-President ta’ Malta George Vella ppresjieda l-ġurament tal-ħatra ta’ Ministru u tliet segretarji parlamentari ġodda fil-kabinettġewwa l-Palazz Presidenzjali l-Belt fil-Palazz Presidenzjali l-Belt. 

Tliet segretarji parlamentari nħatru s-Sibt, wara reshuffle fil-kabinett, meta l-Prim Ministru Robert Abela għamel għadd ta’ bidliet fil-kabinett tal-ministri. 

Chris Bonett ħa l-gurament tal-ħatra bħala Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi.  

Tliet segretarji parlamentari li ħadu l-ġurament it-Tnejn, huma Malcolm Paul Agius Galea li nħatar Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva, Omar Farrugia li nħatar Segretarju Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Glenn Bedingfield – li nħatar Segretarju Parlamentari għall-Indafa Pubblika.

More in Socjali