L-aħwa Degiorgio sostnew li l-flus kellhom jinġabru minn 'uffiċċju tal-gvern'

Fi stqarrija maħruġa permezz ral-avukati tagħhom, Alfred u George Degiorgio li nstabu ħatja għall-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, sostnew li l-flus li kkummissjonaw il-qtil ta’ Caruana Galizia kellhom jinġabru “minn uffiċċju prominenti tal-gvern fil-Belt Valletta”

Alfred u George Degiorgio li nstabu ħatja għall-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, sostnew li l-flus li kkummissjonaw il-qtil ta’ Caruana Galizia kellhom jinġabru “minn uffiċċju prominenti tal-gvern fil-Belt Valletta”. 

Din hija l-aħħar offerta mingħand l-aħwa Degiorgio sabiex l-awtoritajiet jaġixxu fuq l-informazzjoni li jsostnu li jistgħu jipprovdu dwar l-involviment ta’ diversi politiċi u figuri kbar, mhux biss marbuta mal-qtil tal-ġurnalista iżda wkoll reati serji oħra.

B’reazzjoni mill-familja Caruana Galizia, qalu li  waqt il-kumpilazzjoni tal-provi, intwera li Yorgen Fenech kien qed jgħaddi flus lill-familja Degiorgio permezz ta’ pitkal Melvin Theuma.

L-aħwa Degiorgio bħalissa qed jiskontaw 40 sena ħabs kull wieħed minħabba l-involviment tagħhom fl-isplużjoni ta’ karozza bomba li qatlet lil Caruana Galizia metri ‘l bogħod mid-dar tagħha fil-Bidnija f’Ottubru 2017.

Fi stqarrija maħruġa permezz tal-avukati tagħhom is-Sibt, iż-żewġ aħwa sostnew li kienu pprovdew informazzjoni "importanti, rilevanti u vera" lill-pulizija dwar ċerti "każijiet jaħarqu" iżda dik l-informazzjoni qatt ma ġiet segwita.

Dawk il-każijiet kienu jinkludu splużjonijiet  u qtil li kienu jinvolvu politiċi "minbarra" l-eks ministri Carmelo Abela u Chris Cardona li "ħarġu struzzjonijiet għas-serq tal-Uffiċċju Prinċipali tal-HSBC." Iż-żewġ eks ministri ċaħdu t-talbiet.

L-aħwa komplew jgħidu li kienu involuti wkoll ċerti membri tal-korp tal-pulizija, avukati u anke persuni li jokkupaw karigi importanti.

Ffokaw fuq il-qtil ta’ Caruana Galizia,

Meta nħarsu lejn il-qtil ta’ Caruana Galiza, l-aħwa Degiorgios ippuntaw subgħajhom kontra Theuma, l-eks ko-akkużat tagħhom, u Vincent Muscat magħruf bħala il-Koħħu.

Muscat qabel kien ġie akkużat bħala t-tielet hitman involut fil-qtil bil-karozza bomba iżda kien ikkundannat 15-il sena ħabs wara li fl-2021 biddel it-talba tiegħu għal ħati, bħala parti minn ftehim ta’ deċiżjoni mal-prosekuturi fejn Muscat qabel li jipprovdi informazzjoni dwar il- qtil.

Muscat ingħata wkoll maħfra presidenzjali bi skambju għal informazzjoni dwar l-isparatura fatali fl-2015 tal-avukat Carmel Chircop.

Dawk involuti f’dan il-każ kriminali qed jsostnu li sa fejn jafu huma, Muscat qal gidba wara l-oħra.

Qabel ma ġew arrestati t-tlieta li huma  f’Diċembru 2017, Muscat kien semma l-każ bħala xi ħaġa li hu familjari miegħu.

L-aħwa Degiorgio qalu li l-verżjoni tiegħu kienet differenti minn dik li ta fid-dikjarazzjonijiet lill-pulizija u minn dak li nħareġ fil-midja. 

L-akkużi kontra l-awħwa Degiorgio ġew ibbażati fuq l-allegazzjonijiet ta’ Muscat iżda huma setgħu “jikkonfermaw u jissostanzjaw” li gideb.

Żiedu jgħidu li l-Koħħu kien idawwar ir-rakkont magħmul minn gideb f’dak li għandu x’jaqsam mal-involviment tal-aħwa.

L-istqarrija tgħid li dawn qatt ma rċevew flus mingħand Yorgen Fenech,b’referenza għan-negozjant li bħalissa qed jistenna ġuri b’rabta mal-qtil ta’ Caruana Galizia.

L-aħwa saħqu li qatt ma kienu jafu li din il-persuna teżisti. 

Theuma wkoll kien jitkellem ma’ sħabu dwar l-involviment tiegħu stess fil-qtil tal-ġurnalist. L-aħwa Degiorgio kienu jafu dwar dan,  kemm minn “dawk li tawhom din l-informazzjoni” kif ukoll minn “uffiċjali ta’ grad għoli fid-depot tal-pulizija”.

Theuma kien semma  diversi persuni li għal xi raġuni qatt ma ġew investigati.

Theuma kien baqa’ ma semmiex lil Fenech bħala wieħed minn dawk involuti fir-reat sal-ħin tal-arresti u l-bidu tal-proċeduri ta’ kumpilazzjoni kontra l-aħwa Degiorgio. 

Wara l-arrest tagħhom l-aħwa tilfu l-kuntatt minn ma’’ Theuma.

Grazzi għal dik in-narrattiva, Theuma ingħata maħfra, u  ħeles mill-prosekuzzjoni fuq mill-inqas żewġ kawżi kriminali u kiseb ukoll protezzjoni għall-familja tiegħu, 

L-aħwa sostnew li grazzi għal dik in-narrattiva, Theuma ingħata maħfra, u ħeles mill-prosekuzzjoni fuq mill-inqas żewġ kawżi kriminali u kiseb ukoll protezzjoni għall-familja tiegħu. 

More in Socjali