Studenti Għawdxin tal-form 1 u 2 se jidħlu fl-Iskola Medja l-ġdida

 Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri ħabbar li nhar it-Tnejn li ġej, l-istudenti Għawdxin tal-ewwel u t-tieni sena fis-sekondarja se jidħlu għall-ewwel darba fl-Iskola Medja l-ġdida

Nhar it-Tnejn li ġej, l-istudenti Għawdxin tal-ewwel u t-tieni sena fis-sekondarja se jidħlu għall-ewwel darba fl-Iskola Medja l-ġdida.

Dan ħabbru il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri permezz ta' Facebook waqt żjara fl-iskola, hekk kif ix-xogħlijiet baqgħu għaddejjin bla waqfien sabiex l-istudenti jkunu jistgħu jirċievu t-tagħlim tagħhom f’ambjent isbaħ u modern. 

Camilleri qal li x-xogħol se jkompli sabiex sas-sena edukattiva li jmiss aktar studenti jibdew jattendu l-iskola Primarja l-ġdida; hekk kif saħaq li “dak li ħaddieħor għamel għexieren ta’ snin iwiegħed lil Għawdxin, aħna qed inwettquħ bil-fatti”. 

Dan il-proġett ta’ €18-il mijun huwa parti minn dak tal-bini ta’ Skola Primarja ġdida fir-Rabat, Għawdex, li se tieħu post l-iskola preżenti li ilha mibnija madwar 160 sena.

More in Socjali