Ikkanċellat il-vjaġġ tas-Slaten Maġi lejn Għawdex

Għal raġunijiet ta’ temp, il-kumitat ta’ Betlehem f’Għajnsielem kellu jikkanċella l-attività tat-tliet slaten maġi, kif ukoll l-animazzjoni fil-villaġġ

Ritratt: Betlehem f'Għajnsielem
Ritratt: Betlehem f'Għajnsielem

Din is-sena mhumiex se jaslu s-slaten maġi Għawdex. 

Għal raġunijiet ta’ temp, il-kumitat ta’ Betlehem f’Għajnsielem kellu jikkanċella l-attività tat-tliet slaten maġi.

Dan il-vjaġġ simboliku u li bosta kienu jistennewh, sfortunatament kellu jitħassar minħabba t-temp li mhux se jippermetti li sseħħ tali attività. 

Tbassir mhux favorevoli tat-temp għall-jiem li ġejjin qed ibassru riħ qawwi u ħalbiet tax-xita bir-ragħad. 

Filfatt, kawża tat-temp ġew ikkanċellati wkoll l-animazzjoni fil-villaġġ. 

Dan il-vjaġġ tas-slaten maġi kien isir sena wara sena li jimmarka l-għeluq ta’ Betlehem f’Għajnsielem - presepju ħaj fil-qalba tar-raħal ta’ Għajnsielem li jżuruh bosta nies.

More in Socjali