Żewġ passiġġieri attakkaw membri tal-ekwipaġġ abbord Air Malta

Żewġ passiġġieri jattakkaw lill-ekwipaġġ abbord titjira minn Malta lejn Katanja

It-Tlieta filgħaxija aktar minn mitt passiġġier, ħafna minnhom Sqallin, baqgħu l-ajruport ta’ Malta għal aktar minn erba’ sigħat minħabba żewġ passiġġieri oħra li attakkaw lill-ekwipaġġ abbord ajruplan tal-linja tal-ajru Maltija. 

Iż-żewġ persuni telgħu abbord it-titjira KM3642 lejn Katanja, hekk kif l-ajruplan kien qed jipprepara li jibda l-vjaġġ, dawn qamu u bdew jinsultaw u jattakkaw lill-membri tal-ekwipaġġ. 

Skont rapporti, dawn iż-żewġ individwi ma setgħux jiġu kkontrollati sakemm intervjeniet il-Pulizija. 

More in Socjali