NGO Għawdix tappella biex jiġi ssalvagwardjat Forti Chambray

Għawdix tappella lill-entitajiet responsabbli biex jieħdu azzjoni u jippreservaw Forti Chambray

Għawdix, għaqda mhux governattiva ambjentali bbażata f’Għawdex, ħarset lejn l-istat ikrah li jinsab fih Forti Chambray, fortizza storika li tmur lura għall-1750 li kienet ittellgħet mill-Kavallieri ta’ San Ġwann.

L-organizzazzjoni qalet li l-fortizza qed issofri "deterjorazzjoni severa, evidenti f'xogħol tal-ġebel” hekk kif is-sur qed jaqa’ u huma mxaqqa, filwqt l-ammont ta’ skart mormi kemm ta’ kostruzzjoni u dak muniċipali.  

“Għawdix tappella b’mod urġenti lill-entitajiet responsabbli kollha, speċjalment dawk obbligati kuntrattwalment, biex jibdew l-azzjonijiet meħtieġa. Għawdex malajr qed jitlef il-wirt tiegħu, u b’hekk il-preservazzjoni tal-Forti Chambray tkun kritika biex tissalvagwardja l-istorja unika u l-wirt arkitettoniku ta’ Għawdex,” qalet l-għaqda. 

Għawdix qalet li l-privatizzazzjoni tas-sit storiku fl-2004 hija kontributur kbir għall-istat attwali li telqa’ li jinsab fih il-post. 

Minkejja l-approvazzjoni kondizzjonali ta' applikazzjoni ta' restawr (PA/00841/15) f'Lulju 2021, li kopriet speċifikament ħitan tas-swar u strutturi interni, l-isforzi kritiċi ta' restawr jidhru li waqfu, qal il-grupp.

More in Socjali