Agħti ħarsa lura lejn l-intervisti ta' matul l-2023

Ħarsa lejn l-intervesti li saru matul l-2023 | L-ewwel parti

"Mhux veru li Eddie Fenech Adami kien qal illi kien jaf min qatel lil Karin Grech" – Dione Borg, ġurnalist, 8 ta’ Jannar 2023 

Eddie kien qal, waqt dibattitu jaħraq fil-Parlament, li hu jagħmel l-investigazzjoni kollha li hemm bżonn u imbagħad jgħid min qatilha. Jiġifieri hu qal li l-investigazzjoni għandha twassal biex ikun magħruf min qatel lil Grech u mhux li hu jaf min qatilha" sostna Borg ma' din il-gazzetta.

Elezzjoni 1998: “Ugo kien qal lill-armata u lill-pulizija biex ikunu on alert u jassumu r-responsabbiltajiet tagħhom” – Alfred Sant, 15 ta’ Jannar 2023    

Huwa qal illi fl-1998 kien hemm mument qasir ta’ vakuum politiku hekk kif Alfred Sant ma kienx irriżenja b’mod uffiċjali u Fenech Adami ma setax jieħu l-ġurament tal-ħatra. “Kien f’dan il-mument li Ugo Mifsud Bonnici kien tkellem mal-Armata u mal-Pulizija biex ikunu on alert u jassumu r-responsabbiltajiet tagħhom jekk ikun meħtieġ,” spjega Dione Borg mal-ILLUM. 

"Ma nistgħux inżommu lil Għawdex qisha presepju" – Alex Borg, Membru Parlamentari Nazzjonalista, 2 ta’ Jannar 2023 

Borg jemmen li filwaqt li l-gżira tat-tliet għoljiet għandha karatteristiċi uniċi, imfittxija mill-barranin u anke Maltin, din ukoll trid tiżviluppa maż-żmien, tant li jemmen li lil Għawdex ma nistgħux inżommuha qisha presepju. Insista li l-iżvilupp ma jistax jieqaf għax is-soċjetà trid timxi maż-żminijiet, iżda min-naħa l-oħra jemmen li għandu jintlaħaq bilanċ biex l-iżvilupp li jsir ikun sostenibbli, kif suppost u “bis-sens.”   

"Iċċaraw id-definizzjoni ta’ vjolenza domestika. Għax qed tinħela ħafna enerġija" - Audrey Friggieri, Il-Kummisarju kontra l-vjolenza abbażai tal-ġeneru u vjolenza domestika, 26 ta’ Marzu 2023 

Valenzia sostna illi d-depot mhux ambjent adattat biex vittmi jagħmlu r-rapporti fuq vjolenza domestika u li “wasal iż-żmien biex il-vjolenza domestika toħroġ mill-Kwartieri Ġenerali għal binja aktar aċċessibbli u family-friendly.” Huwa iċċara illi diġà qiegħed isir xogħol biex dan jiġi indirizzat.   

“Il-poplu jibża’ mill-kelma abort, għalhekk huwa fi dmirna li ngħidu l-verità” – Emma Portelli Bonnici, 16 ta’ April 2023 

“Jekk omm għandha bżonn il-kimoterapija b’mod urġenti u se jkollha tittermina t-tqala minħabba f’hekk, dik hija abort. Il-liġi nnifisha wkoll ma tagħmilx referenza għall-abort u tuża l-kelma korriment (miscarriage),” kompliet l-avukat.   

Hija temmen li l-poplu Malti “jibża’ mill-kelma abort għaliex m’hemmx biżżejjed kuxjenza u tagħrif dwar x’inhu l-abort.” Qalet li huwa għalhekk li l-missjoni tagħhom huwa li jgħallmu u jedukaw dwar x’inhu l-abort u jkun hemm onestà reċiproka. “Din hija xi ħaġa oħra li ma rridux nagħmlu, ma noqogħdux induru mal-lewża.”  

More in Socjali