Rapport tal-Bank Ċentrali ta' Malta juri li l-inflazzjoni tal-ikel baqgħet tiżdied


L-Aġġornament Ekonomiku tal-Bank Ċentrali ta’ Malta ppubblikat f’Diċembru juri li l-inflazzjoni ġenerali naqset iżda l-inflazzjoni tal-ikel żdiedet għal 7.5% minn 6.8%, mix-xahar ta’ qabel

L-Aġġornament Ekonomiku tal-Bank Ċentrali juri li għalkemm l-inflazzjoni annwali niżlet għal-livell baxx mill-2021 minn Novembru li għadda,  l-inflazzjoni tal-ikel kompliet tiżdied. 

L-inflazzjoni, kif imkejla mill-indiċi tal-prezzijiet bl-imnut (RPI), kienet ta’ 3.6% f'Novembru, 0.1 punt perċentwali inqas minn f'Ottubru.

It-tnaqqis kien kawża ta’inflazzjoni aktar baxxa f'diversi oqsma ta’trasport u komunikazzjoni; u l-għamara u t-tagħmir tad-dar jonqsu għal 3.2% minn 4.5%. L-inflazzjoni naqset ukoll fix-xorb u fit-tabakk (niżla għal 3.9% minn 5%), filwaqt li l-ħwejjeġ u ż-żraben naqsu bi ftit inqas minn punt perċentwali.

Madankollu, l-inflazzjoni tal-ikel żdiedet għal 7.5% f’Novembru minn 6.8% mix-xahar ta’ qabel.

Il-prezzijiet tal-enerġija baqgħu l-istess, li jirriflettu l-appoġġ tal-gvern biex jinżammu stabbli l-prezzijiet tal-elettriku u tal-fjuwil.

Xejriet simili dehru fl-Indiċi Armonizzat tal-Prezzijiet tal-Konsumatur (HICP) - kejl użat għat-tqabbil madwar l-UE.

L-inflazzjoni annwali tal-HICP naqset għal 3.9% f’Novembru, minn 4.2% mix-xahar ta’ qabel. Dan kien minħabba żiedet ta’ inflazzjoni bil-mod f’ikel ipproċessat, l-inflazzjoni tas-servizzi u bosta komponenti oħra.

B'mod ġenerali, l-inflazzjoni tal-ikel baqgħet l-istess ta' 7.2% f'Novembru, hekk kif tnaqqis fl-inflazzjoni tal-ikel ipproċessat ingħeleb minn żieda fl-inflazzjoni tal-ikel mhux ipproċessat. Filwaqt li l-inflazzjoni fl-ewwel naqset għal 7.3% minn 8.2% mix-xahar ta’ qabel, l-inflazzjoni tal-ikel mhux ipproċessat telgħet għal 6.7% minn 4% f'Ottubru.

More in Socjali