Jinġabru aktar minn €5.2 miljun fl-Istrina

L-Istrina hija waħda mill-ikbar tradizzjonijiet ta’ ġbir ta’ fondi li ssir l-għada tal-Milied. Inġabru €5.2 miljun f’donazzjonijiet għal Malta Community Chest Fund

Aktar minn €5.2 miljun inġabru f’donazzjonijiet waqt il-maratona ġbir ta’ fondi tal-Istrina, ftit iktar mis-somma li nġabret is-sena l-oħra.

L-Istrina, waħda mill-akbar ġbir ta’ fondi li tallinja mal-ġurnata ta’ boxing day, ixxandret għal tnax-il siegħa bejn nofsinhar u nofsillejl.

Din is-sena l-Istrina bdiet tixxandar fir-Rabat, Għawdex u kienet l-aħħar edizzjoni tal-Istrina għall-President George Vella.

Is-sommma li nġabret is-sena l-oħra kienet ta’ €5,062,415 b’risq il-Fondazzjoni Community Chest Fund.

L-Istrina hija sinonoma mal-għada tal-Milied sa minn 1995. L-MCCF tgħin pazjenti biex ikollhom ir-riżorsi fosthom biex jirċievu kura lill hinn minn xtutna.

Il-maratona xxandret live fuq l-istazzjonijiet lokali.

More in Socjali