"Waqt li bosta familji jgawdu l-festi, qed jissokta t-tindif tal-widien" | Kunsill lokali Ħal Qormi

F'Wied iċ-Ċawsli bħalissa għaddej xogħol ta’ tindif biex dan jirritorna għall-istat naturali tiegħu

Il-Kunsill Lokali ta' Ħal Qormi ta ringrazzjament għall-ħaddiema ta' Project Green, li minkejja l-festini tal-Milied, qedgħin ikomplu għaddejin bil-ħidma għal-widien iktar nodfa.

Permezz ta' post fuq il-mezzi soċjali, il-Kunsill Lokali ta' Ħal Qormi fakkar fix-xogħol siewi li għaddej fil-widien ta' Ħal Qormi, bil-għan attwali jkun li ċ-ċittadini jgawdu ambjent iktar nadif u sigur.

Din il-ħidma għandha l-għan li ssebaħħ iż-żona, billi jitneħħa l-iskart li hemm mormi fil-wied, flimkien mat-tneħħija ta’ siġar invażivi li huma ta’ ħsara għall-ekoloġija, fost oħrajn. 

 

More in Socjali