Siġra tal-milied mhux tas-soltu

Is-siġra tal-milied li tinsab fi Triq il-Pijunieri mistennija tibqa' tintuża, bil-possibiltà li tiġi ttrasformata fi qsari ġo ġnien pubbliku

Siġra tal-Milied riċiklata
Siġra tal-Milied riċiklata

San Pawl il-Baħar ħadet l-inizjattiva li tibni siġra tal-milied mhux tas-soltu, hekk kif hija magħmula minn materjal riċiklat.

Is-siġra tal-milied, li tinsab fi Triq il-Pijunieri hija magħmula minn tajers ta’ vetturi li nġabru fit-toroq, fejn wara se jibqgħu jintużaw, bil-possibiltà li jiġu trasformati fi qsari f’ġonna pubbliċi biex jitgawdew mill-pubbliku.

Is-siġra tal-milied beħsieba tibqa’ hemm sa s-sena d-dieħla, umbgħad titħied deċiżjoni jekk terġax titwaħħal il-milied tal-2024 jew jekk jinbidlux fi qsari.

 

More in Socjali