85% tal-impjegati b’diżabbiltà baqgħu impjegati mal-istess kumpanija

F’Diċembru tal-2021, 4,375 persuna b’diżabbiltà kienet impjegata, waqt li f’Ottubru tal-2022, kien hemm żieda ta’ 390 persuna, b’total ta’ 4,765 persuna b’diżabbiltà impjegata f’Ottubru tal-2022. 

Minn 4,765 persuna li kienet impjegata f’Ottubru tal-2022, 4,077 kienu għadhom impjegati mal-istess kumpanija sal-aħħar ta’ Ġunju 2023, il-Ministru tal-Finanzi qal lill-Parlament. 

Clyde Caruana kien qed iwieġeb mistoqsija parlamentari mill-Membru Parlamentari Nazzjonalista Graziella Galea. 

Caruana spjega kif Jobsplus ma jkollhiex informazzjoni dwar il-perjodu ta’ probation fuq il-post tax-xogħol, informazzjoni li staqsiet għaliha Galea.  

Iktar kmieni din is-sena, statistika li ppreżenta fil-Parlament il-Ministru tal-Finanzi wriet kif sal-aħħar ta’ Ottubru tal-2022 kien hemm 3,160 raġel filwaqt li kien hemm 1,607 nisa, bl-aktar ammont ta’ persuni impjegati jkunu dawk ta’ ’l fuq minn 55 sena.  

Mill-banda l-oħra, l-iżgħar faxxa ta’ persuni b’diżabbiltà impjegati kienu dawk ta’ taħt il-25 sena. F’Ottubru tal-2022, kien hemm total ta’ 325 persuna impjegata, b’żieda ta’ 23 persuna impjegata.  

F’Diċembru tal-2021, 4,375 persuna b’diżabbiltà kienet impjegata, waqt li f’Ottubru tal-2022, kien hemm żieda ta’ 390 persuna, b’total ta’ 4,765 persuna b’diżabbiltà impjegata f’Ottubru tal-2022. 

More in Socjali