Tiftaħ Playcon f'Ta Qali

Waqt il-ftuħ uffiċjali ta’ Playcon, l-expo dwar video games u esports li qed tittella’ fl-MFCC, f’Ta’ Qali, il-Ministru għall-Ekonomija, Fondi Ewropej u Artijiet Silvio Schembri sostna li dawn in-niċeċ ekonomiċi qed iħallu l-frott mixtieq f’pajjiżna

Waqt il-ftuħ uffiċjali ta’ Playcon, l-expo dwar video games u esports li qed tittella’ fl-MFCC, f’Ta’ Qali, il-Ministru għall-Ekonomija, Fondi Ewropej u Artijiet Silvio Schembri sostna li dawn in-niċeċ ekonomiċi qed iħallu l-frott mixtieq f’pajjiżna. "L-għan tagħna jibqa’ li naraw lil dan is-settur jikber għal 1% tal-GDP sal-2028.”

Schembri kompla jgħid li jemmen li Malta għandha possibilitajiet kbar u li s-sena d-dieħla se jitwaqqaf Kunsill għall-Media Interattiva, immexxi minn Gaming Malta, taħt il-Ministeru għall-Ekonomija.

L-għan ta’ dan il-Kunsill se jkun li jagħti pariri ta’ livell għoli, filwaqt li jżomm kuntatt bejn is-settur privat u l-entitajiet governattivi f’dan is-settur.

Playcon se tkun miftuħa, il-Ħamis u l-Ġimgħa, għall-istudenti minn 20 skola differenti madwar Malta u Għawdex, fejn aktar minn 3,000 student mistennija jattendu.

Fost l-esibituri hemm ukoll istituzzjonijiet edukattivi ewlenin f’pajjiżna li qed juru l-korsijiet li joffru f’dawn l-industriji, se jingħataw diversi prodotti u servizzi, kif ukoll se jkun hemm ukoll għaxar kompetizzjonijiet. 

More in Socjali