Karl Schembri jfakkar Jum is-Solidarjetà mal-Palestinjani

29 ta’ Ottubru kien il-75 anniversarju tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, kif ukoll  Jum is-Solidarjetà mal-Palestinjani li fakkar Karl Schembri permezz ta' post fuq X wara li Metsola kitbet li kulħadd għandu d-drittijiet tiegħu

29 ta’ Ottubru kien il-75 anniversarju tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem. Din id-dikjarazzjoni tfakkar li kulħadd għandu jiġi rispettat b’dinjità.

Id-dikjarazzjoni tistabilixxi d-drittijiet fundamentali tal-bniedem li għandhom jiġu protetti b’mod universali; u dan fakritu Roberta Metsola permezz ta’ post fuq X.

Hija kitbet li “Dawn huma d-drittijiet ta’ kulħadd. Aħna nkomplu naħdmu kontra l-inġustizzja”.

Karl Shembri, awtur u eks-editur tal-MaltaToday wieġeb lil Metsola lura li 29 ta’ Ottubru huwa wkoll Jum is-Solidarjetà mal-Palestinjani “imma aħna nafu li ma jimpurtakx minnhom”. Dan minħabba l-fatt li t-tilwima li hemm fil-Palestina għadha għaddejja.

Matul l-aħħar snin, Schembri kien ibbażat fil-Lvant Nofsani fejn qiegħed jaħdem bħala konsulent tal-midja ma’ organizzazzjonijiet umanitarji fosthom Oxfam, il-Kunsill Norveġiż tar-Refuġjati u Save the Children.

Huwa kopra kriżijiet umanitarji fir-reġjun fil-Jemen, is-Sirja, il-Palestina u l-Iraq, kif ukoll il-kriżi tar-refuġjati Sirjani fil-Ġordan u l-Libanu.

Il-Ħamas u l-Iżrael laħħqu ftehim bejniethom li jkun hemm pawża temporanja mill-ġlied sabiex jinħelsu l-ostaġġi. Mill-aħħar rapport, madwar 102 ostaġġ Iżraeljan ġew meħlusa, filwaqt li 210 priġunier Palestinjan inħelsu. 

More in Socjali