Illum, l-iskejjel tal-istat u tal-Knisja fuq strajk

L-għalliema tal-iskejjel tal-Knisja u tal-istat mhux se jidħlu għax-xogħol nhar it-Tnejn bħala parti mill-istrajk maħruġ mill-unjins

L-għalliema tal-iskejjel tal-Knisja u tal-istat mhux se jidħlu għax-xogħol nhar it-Tnejn bħala parti mill-istrajk maħruġ mill-unjins.

Il-Malta Union of Teachers (MUT) ħarġet direttivi lill-għalliema wara li ma baqgħux għaddejjin bit-taħditiet dwar ftehim settorjali mal-gvern.

Il-unjin tinsisti li d-differenzi bejn dak li qed jipproponi l-gvern u dak li qed tistenna l-MUT huma konsiderevoli.

L-azzjoni industrijali wasslet biex ġew ikkanċellati laqgħat mal-ġenituri, inklużi laqgħat tal-IEP għal tfal bi bżonnijiet speċjali. Mhijiex se tittieħed attendenza tal-iskola fost oħrajn.

Il-ġimgħa li għaddiet, il-gvern qal li mhux se jkompli n-negozjati mal-(MUT) sakemm il-unjin tissospendi l-azzjonijiet industrijali tagħha.

Minkejja li ssospenda n-negozjati, il-Ministru Grima qal li l-gvern għadu miftuħ għan-negozjati, iżda biss jekk l-MUT tieqaf mill-azzjoni industrijali tagħha. Waqt il-konferenza tal-aħbarijiet, Grima stqarr li d-diskusjonijiet fuq ftehim kienu għaddejjin riċentament. Meta wieġeb għall-MaltaToday, Grima stqarr li l-pakkett finanzjarju għadu l-akbar ostaklu għad-diskussjonijiet.

Il-Ħadd, il-Prim Ministru Robert Abela qal li mhix tkunx l-amministrazzjoni soċjalista tiegħu li tiċħad remunerazzjoni xierqa għall-għalliema.

“Azzjoni militanti hija xi ħaġa tal-passat, u nemmen li għandna offerta tajba ħafna għall-għalliema. Id-djalogu soċjali huwa ċ-ċavetta għat-titjib,” qal il-PM.

More in Socjali