Irreġistraw 25 persuna inqas għax-xogħol f'Ottubru

Skont statistika maħruġa mill-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO), Malta rreġistrat nuqqas ta’ persuni li jirreġistraw għax-xogħol fix-xahar ta' Ottubru 2023

Skont statistika maħruġa mill-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO), Malta rreġistrat nuqqas ta’ persuni li jirreġistraw għax-xogħol. 

NSO kiseb tagħrif mogħti mill-Jobsplus li juri sa Ottubru 2023, Malta rat nuqqas ta’ qgħad, hekk kif kien hemm tnaqqis ta’ 12-il persuna li jirreġistraw fl-Ewwel Parti tar-Reġistru u tnaqqis ta’ 13-il persuna fit-Tieni Parti tar-Reġistru.

Min-naħa l-oħra, żidiet fir-reġistrat l-iktar li dehru kienu f’gruppi ta’ età bejn l-20 u l-24 u f’dak il-grupp ta’ 30 u l-44 sena.

F’Ottubru 2023, l-ammont ta’ persuni li jirreġistraw kien ta’ 959 – 25 inqas minn Ottubru ta’ 2022.

L-istatistika turi li minn sena għal sena Malta esperjenzat nuqqas ta’ 38 persuna inqas li jirriġestraw u nuqqas ta’ 13-il persuna  li kienu ilhom jirreġistraw għax-xogħol bejn 21 u 52 ġimgħa u fl-għadd tal-oħrajn li kienu ilhom fuq ir-reġistru għal aktar minn sena, rispettivament.

Fuq in-naħa l-oħra, in-numru ta’ persuni li kienu ilhom jirreġistraw għax-xogħol għal mill-inqas 21 ġimgħa żdied b’26.

F’Ottubru 2023, in-numru ta’ nies b’diżabilità i kienu qegħdin jirreġistraw għax-xogħol żdied bʼ21 filwaqt li s-sena l-oħra, 2022, kien laħaq 240 persuna, li 77.5% kienu irġiel.

23% tal-irġiel u 45.8% tan-nisa kienu ifittxu impjieg klerikali. 

More in Socjali