L-MUT tiftaħ libell il-Qorti lill-UPE

L-MUT tressaq proċeduri ta’ libell il-Qorti kontra l-UPE wara l-pubblikazzjoni ta’ artiklu malafamanti 

Il-Kap tal-UPE Graham Sansone (xellug) u l-President tal-MUT Marco Bonnici (lemin)
Il-Kap tal-UPE Graham Sansone (xellug) u l-President tal-MUT Marco Bonnici (lemin)

L-MUT ressqet proċeduri ta’ libell fil-Qorti wara li l-aħħar artiklu malafamanti ġie ppubblikat mill-UPE u li kien is-suġġett ta’ konferenza stampa li saret mill-UPE nhar is-Sibt li għadda. 

L-MUT stqarret li l-UPE mhix parti min-negozjati tal-ftehim settorjali/kollettiv iżda dan ma jagħtihiex id-dritt li toħroġ stqarrijiet malafamanti dwar l-MUT u t-tmexxija tagħha.

MUT kompliet tgħid li bl-istess mod ma tistax toħroġ stqarrijiet malafamanti dwar il-proċess ta’ negozjati li qed isir bħalissa bejnha u l-Gvern. 

MUT qalet li taġixxi bħala ‘strike breaker’ u tipprova tfixkel in-negozjati hija kkundannabbli b’mod ċar, iżda l-iffabbrikar u t-tixrid ta’ dikjarazzjonijiet malafamanti jikser il-liġi u mhux se jkun tollerat mill-MUT. 

“L-MUT għandha tkompli tieħu l-azzjonijiet kollha biex tissalvagwardja l-integrità tagħha.”

More in Socjali