PN| Gvern li nesa l-ħarsien tal-annimali

Waqt konferenza stampa , Toni Bezzina u Janie Chetcuti saħqu li jeħtieġ aktar għajnuniet biex is-settur tal-annimali irendi filwaqt li jiġu mħarsa l-annimali u li  jeħtieġ investiment xieraq

Il-Partit Nazzjonalista bi proposta għal tisħiħ fl-agrikoltura u s-sajd hekk kif saħaq li l-Gvern injora l-qasam tal-ħarsien tal-annimali u jeħtieġ investiment xieraq. 

F'konferenza tal-aħbarjiet indirizzata mill-Kelliem għall-Agrikoltura u s-Sajd Toni Bezzina, u l-Kelliem għall-Ambjent u l-Ħarsien tal-Annimali Janice Chetcuti ntefa' dawl fuq is-sitwazzjoni kurrenti ta' dawn is-setturi.

Bezzina ta ħarsa wkoll lejn għadd ta' proposti tal-Partit Nazzjonalista b'rabta mal-Agrikoltura fosthom li:

Li titwaqqaf mill-aktar fis l-Awtorità responsabbli mir-Raba';

L-istatus tal-bidwi jiġi definit darba għal dejjem permezz ta' klassifikazzjoni tal-bdiewa fejn tkun implimentata sistema ġusta  bl-istandard output ta' kull bidwi;

L-eżenzjoni mit-taxxa tas-suċċessjoni għandhom ikunu estiżi wkoll għal min għandu raba' agrikola libera u franka;

Kull bejgħ ta' raba agrikola pubblika mill-Gvern għandna ssir mill-Awtorità l-ġdida u mhux mill-Awtorità tal-artijiet.

Bezzina aċċenna li l-prodott agrikolu lokali għandu jingħata importanza u fakkar ukoll li d-Deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo preżenta Private Members' Bill bil-għan li jitnaqqas il-ħela tal-ikel, b'appell lill-Gvern biex ma jibqax ikun hemm telf ta' żmien u din il-materja tkun diskussa mill-aktar fis.

Dwar is-sajd, Bezzina elenka l-fatt jeħtieġ għajnuniet akbar biex żgħażagħ Maltin ikollhom l-opportunità jibdew iħaddnu din is-sengħa. Huwa qal li l-Partit Nazzjoalista ilu jinsisti wkoll li jkunu allokati kwoti proporzjonali biex persuni ġodda jkunu jistgħu jibdew din is-sengħa.

Dwar il-ħarsien tal-annimali, Chetcuti aċċenat li l-isptar tal-annimali ilu magħluq minn Awwissu u li m'hawnx biżejjed veterinarji.

Chetcuti fakkret li ħmistax-il sena ilu, Gvern Nazzjonalista beda s-servizz ta' għajnuna ta' 24/7, illum dan is-servizz mhux pprovdut, kif ukoll li l-Gvern qed jibqa' lura biex jiddeċiedi anki dwar servizz ta' drittijiet bażiċi tal-annimali, sptar, re-homing centre u anki ċimiterju tal-annimali.

More in Socjali