Għalliema fuq strajk fis-27 ta' Novembru wara li fallew taħditiet ta' ftehim kollettiv

L-Union tal-Għalliema (MUT)  toħroġ direttiva għal strajk ta’ ġurnata waħda fis-27 ta’ Novembru, li taffettwa l-iskejjel tal-istat u tal-knisja wara li fallew t-taħditiet tal-ftehim kollettiv

L-Union tal-Għalliema (MUT) qed tappella għal strajk ta’ ġurnata waħda wara li fallew it-taħditiet dwar ftehim kollettiv ġdid għall-edukaturi. 

It-taħditiet ilhom għaddejjin għal disa' xhur, MUT stqarret li din il-wegħda ġiet ripetuta kemm-il darba u l-gvern wera li "ma kienx lest jagħti ż-żidiet sostanzjali lill-edukaturi."

F’konferenza tal-aħbarijiet nhar il-Ġimgħa, il-President tal-MUT Marco Bonnici spjega li l-gvern ressaq żewġ proposti dwar pakkett finanzjarju ġdid għall-għalliema fl-iskejjel tal-Istat u tal-knisja u ġew irrifjutati immedjatament. 

Bonnici qal li l-proposti ma wrew l-ebda rispett lejn l-edukaturi, u li mal-ewwel qalu lill-gvern li ma nistgħu mmorru imkien b'dawn it-tip ta' proposti.

Il-union se tkun qed toħroġ sett ta’ direttivi,  mit-Tnejn 13 ta’ Novembru. Fost id-direttivi hemm sejħa għal strajk ta’ ġurnata waħda fis-27 ta’ Novembru fl-iskejjel kollha tal-Istat u tal-knisja.

Bonnici sostna li issa huwa ż-żmien li bħala għaqda u bħala membri isemmgħu leħinnhom u jiksbu dak li jixirqilhom l-edukaturi.

More in Socjali