Raġel ta’ 28 sena jmut f'inċident tat-traffiku

Raġel ta’ 28 sena residenti Birżebbuġa ġie ċċertifikat mejjet wara ħabta ma’ żewġ karozzi fi Triq in-Naxxar f’Ħal Lija

Ilbieraħ filgħaxija, għall-ħabta tas-sebgħa u neqsin għoxrin il-Pulizija ġiet infurmata li seħħ inċident tat-traffiku fi Triq in-Naxxar, Ħal Lija. 

Il-Pulizija marru minnufih fuq il-post u rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn karozza  misjuqa minn raġel ta’ 24 sena residenti l-Iklin, u karozza misjuqa minn raġel ta’ 36 sena residenti Ħaż-Żebbuġ u mutur misjuq minn raġel ta’ 28 sena residenti Birżebbuġa. 

Ix-xufier tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Sfortunatament ir-raġel kien iċċertifikat mejjet ftit tal-ħin wara.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Rachel Montebello kienet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin 

More in Socjali